Left arrow Go Back

Terġa’ tiftaħ l-Undergraduate Scholarship Scheme: 169 student ibbenefikaw minn din l-iskema s-sena li għaddiet

pr1384
Date Icon 14/08/2009
Għat-tieni sena konsekuttiva l-Gvern qed iniediSkema ta’ Boroż ta’ Studju (Undergraduate Scholarship Scheme) għal dawk li jixtiequ jagħmlu l-ewwel degree tagħhom f’xi istituzzjoni ta’ edukazzjoni terzjarja rikonoxxuta, kemm barra minn Malta kif ukoll f’Malta.
Is-sena li għaddiet kien hemm 169 student/a libbenefikaw minn din l-iskema bil-parti l-kbira tagħhom isegwu korsijiet barra minn Malta.  Minn dawn kien hemm 23 li temmew l-istudju tagħhom b’suċċess u kisbu d-degree li kienu qed jaspiraw għalih. Bħal kull skema oħra ta’ Boroż ta’ Studju din l-iskema hi waħda kompetittiva u l-Boroż ta’ Studju jingħataw skond il-mertu tal-istudenti li japplikaw sakemm ikun għad fadal fondi li huma vvutati għal dan l-iskop.
Din is-sena, l-applikazzjonijiet qed jitwessgħuftit iżjed billi tneħħa l-limitu ta’ eta’ li applikant irid ikollu biex jibbenefika minn din l-iskema. Barra minn dan, studenti li diġa’ bdew il-kors ukoll jistgħu japplikaw għal dawn il-Boroż ta’ Studju. Studenti li jintgħażlu u jingħataw Borża ta’ Studju taħt din l-iskema jieħdu benefiċċju skond it-tip ta’ kors li jkunu se jsegwu.
Studenti magħżula li jmorru jistudjaw barra minnMalta jew f’istituzzjoni terzjarja f’Malta u jagħmlu kors f’suġġett marbut strettament mat-Teknoloġija tal-Informatika jew kors f’xi xjenza, jingħataw għotja ta’ €2,863 fl-ewwel sena tal-kors u €2,165 għal kull sena oħra tal-kors sakemm jiggradwaw. Studenti li jagħmlu korsijiet f’suġġetti oħra, jingħataw €1,768 fl-ewwel sena tal-kors u €1,303 f’kull sena ta’ wara sakemm jiggradwaw.
Jekk student jirrepeti xi sena, ikun xi jkunil-kors li jkun qed jagħmel, matul is-sena li jkun qed jirrepeti, jitnaqqaslu l-benefiċċju għal dik is-sena partikolari.
Is-sena li għaddiet, il-Ministerutal-Edukazzjoni ħallas is-somma totali ta’ €367,037 f’din l-iskema biss. Ta’ min ifakkar li barra mill-iskema tal-Undergraduate, il-Gvern joffri wkoll skema oħra għal min irid ikompli jistudja wara li jakkwista l-ewwel degree u jfittex li jagħmel Masters jew Dottorat.
Hemm ukoll l-iskema ta’ Boroż ta’ Studjumagħrufa bħala STEPS li wkoll hi maħsuba għal dawk li jixtiequ jagħmlu Masters jew Dottorat, liema skema hi ko-finanzjata minn Fondi tal-Unjoni Ewropea.
Fl-iskema tal-MGSS Post Graduate fl-2006,13-il-persuna ngħataw għajnuna biex jagħmlu Dottorat u 20 biex jagħmlu Masters; fl-2007 kien hemm 13-il persuna li ngħataw Borża ta’ Studju għal Dottorat u 33 għal Masters; is-sena li għaddiet 13 ngħataw għajnuna għal Dottorat u 25 għal Masters.  Din is-sena applikaw 58 għal Dottorat u 67 għal Masters.  Dawn l-applikazzjonijiet qed ikunu proċessati.
Is-sena li għaddiet fl-iskema STEPS kien hemm16-il persuna li marru jagħmlu Dottorat u 45 oħra li marru jagħmlu Masters li bejniethom ngħataw is-somma ta’ €1,075,900. Din is-sena, taħt l-iskema STEPS l-ewwel sejħa għalqet fis-6 ta’ Marzu li għadda.  Din l-iskema għandha erba’ oqsma ta’ prijorita’. L-ewwel qasam hu dak li jkun hemm aktar impjegati kwalifikati fis-sistema edukattiv tal-pajjiz.  F’dan il-qasam, żewġ persuni ngħataw €91,000 biex jagħmlu Dottorat u 12 oħra ngħataw €83,000 biex jagħmlu Masters.
Qasam ieħor ta’ prijorita fl-iskema STEPS hu dakfejn hemm persuni li ma għandhomx il-ħiliet meħtieġa fil-qasam tax-xogħol tagħhom.  Biex jinkisbu dawn il-ħiliet u jimtela’ dan il-vojt, tmien persuna ħadu bejniethom €320,300 biex jagħmlu Dottorat filwaqt li 20 oħra ngħataw total ta’ €177,200 biex jagħmlu Masters.
Fil-qasam tar-Riċerka Innovattiva fix-Xjenza ut-Teknoloġija, sitt persuni li bdew jagħmlu Dottorat ingħataw bejniethom is-somma ta’ €265,200 filwaqt li 6 persuni oħra ngħataw għajnuna ta’ €74,000 biex jagħmlu Masters.
Ir-raba’ qasam ta’ prijorita’ fl-iskema STEPS hudak tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u Komunikazzjoni (ICT).  Hawnhekk, seba’ applikanti li marru jagħmlu Masters ingħataw bejniethom għajnuna fl-ammont ta’ €74,400. It-tieni sejħa taħt l-iskema STEPS għalqet fil-15 ta’ Ġunju li għadda li għaliha kien hemm 215 applikazzjoni eliġibbli. Dawn l-applikazzjonijiet qed ikunu proċessati u għalihom hemm ivvutati €2,490,000.

Dettalji dwar l-iskemi kollha ta’ Boroż ta’ Studju offruti mill-Gvern jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku www.education.gov.mt billi wieħed ifittex taħt Scholarships.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow