Left arrow Mur Lura

L-AWTORITÀ TAT-TURIŻMU F’ĦIDMA SABIEX TKATTAR IN-NETWORK TAL-UFFIĊĊJI TAL-INFORMAZZJONI GĦAT-TURISTI

pr1382
Date Icon 13/08/2009
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta(MTA) bħalissa għaddejja bi pjan sabiex testendi n-network tal-uffiċċji tal-informazzjoni għat-turisti sabiex ikunu koperti aħjar iż-żoni turistiċi kollha ta’ pajjiżna. Dan qed isir permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali f’lokalitajiet fejn hemm bżonn li tissaħħaħ il-preżenza ta’ dawn l-uffiċċji għas-servizz tat-turisti li jżuruna.
Is-Segretarju Parlamentarigħat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco qal dan meta kien qed iżur l-uffiċċju tal-informazzjoni għat-turisti fil-Mellieħa, fejn ippreżenta wkoll lis-Sindku, is-Sur Robert Cutajar, bil-Premju nazzjonali tal-EDEN – European Destination of Excellence.
Hu qal li l-Mellieħa hijalokalità importanti mill-aspett turistiku, bi 13-il lukanda – total ta’ kważi 5,000 sodda jew 14% tas-sodod kollha li għandna f’pajjiżna. Dan kien ikkonfermat ukoll bir-rebħ tal-premju EDEN – programm tal-Kummissjoni Ewropea li jippromwovi fuq il-valuri, id-diversità u l-karatteristiċi ta’ diversi destinazzjonijiet Ewropej billi jippremja dawk il-postijiet li qed jippruvaw jiksbu tkabbir ekonomiku billi jassiguraw turiżmu li jkun soċjalment, kulturalment u ambjentalment sostenibbli.
“Dan il-premju jiffoka fuqil-karatteristiċi li għandha l-Mellieħa bħala lokalità, fejn qed ikunu promossi mingħajr ma kienu sfruttati b’mod irreversibbli. Ir-raħal irnexxielu jkun ta’ eżempju kif ikunu promossi żoni li huma protetti – bħal m’huma l-inħawi rurali, s-siti arkeoloġiċi, il-wirt storiku, il-park naturali u l-kunċett tal-agro-turiżmu – bħala karatteristiċi ewlenin. Fuq kollox, qed juru kif il-prinċipji tat-turiżmu sostenibbli verament jista’ jitħaddem b’suċċess,” żied jgħid Dr de Marco.
Meta tkellem dwar l-uffiċċjital-informazzjoni għat-turisti, is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali partikolari, l-ewwel numru ta’ uffiċċji ta’ informazzjoni għat-turisti se jsiru fil-Mellieħa u fl-Imdina, filwaqt li hemm ħsieb li jinbdew diskussjonijiet ma’ Kunsilli Lokali f’lokalitajiet oħrajn. Hu żied jgħid li ntgħażlu postijiet strateġiċi bħal m’huma triq prinċipali jew landmark prominenti fil-lokalità. Fil-fatt, fil-Mellieħa l-uffiċċju qiegħed eżatt ħdejn is-Santwarju, filwaqt li fl-Imdina se jkun fit-Torri tal-Istandard ħdejn il-Bieb prinċipali tal-Imdina sabiex ikunu f’qagħda li jilħqu l-akbar numru ta’ turisti possibbli.
Il-ftehim mal-Kunsilli Lokalijinkludi, fost l-oħrajn, li l-Kunsill jipprovdi l-bini, linja tat-telefon u x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ikun irranġat il-post, filwaqt li l-MTA tipprovdi l-istands, l-apparat meħtieġ u s-signage tal-post, u fuq kollox il-materjal ta’ informazzjoni.
Dr de Marco temm jgħid li huwal-għan aħħari tal-MTA li dawn l-uffiċċji ta’ informazzjoni eventwalment ikunu amministrati u mmexxija min-nies mill-istess lokalità, wara li jingħataw it-taħriġ meħtieġ mill-MTA. B’hekk se jinħoloq network aktar estensiv u effiċjenti ta’ numru ta’ uffiċċji ta’ informazzjoni għat-turisti madwar Malta u Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow