Left arrow Mur Lura

L-OGĦLA RATA TA’ SUĊĊESS FL-EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM: AKTAR MIN-NOFS L-ISTUDENTI GĦADDEW MIR-RESITS

pr1380
Date Icon 13/08/2009
Aktar minn nofs it-tfal (57.7%) li kellhoml-opportunita’ għall-ewwel darba li jagħmlu resit ta’ xi suġġett li weħlu fih fl-eżami tal-Junior Lyceum irnexxielhom jgħaddu u għalhekk f’Settembru li ġej huma wkoll se jkunu jistgħu jmorru f’xi wieħed mill-Junior Lyceums tal-Gvern.
Dan ħabbritu l-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina meta żaret xogħol estensiv ta’ tisbiħ u titjib ta’ faċilitajiet edukattivi fil-Junior Lyceum tal-Bniet tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun.
Dan ifisser li r-rata totali ta’ tfal subien ubniet li din is-sena għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum hi ta’ 73.7% li hi 12.5% aktar minn dawk li għaddew mill-istess eżami s-sena li għaddiet.  Dan hu rekord u hu l-ogħla rata ta’ suċċess f’dan l-eżami għal dawn l-aħħar snin.
Dan iċ-ċans ħaduh 381 student – 212 tifel u 169tifla li minnhom 199 kienu weħlu fl-eżami tal-Matematika u  182 weħlu fl-eżami tal-Ingliż.
Wara li saru dawn ir-resits, kien hemm134 student li kisbu riżultat tajjeb fil-Matematika u 79 li għaddew mill-Ingliż. B’hekk fis-sena skolastika li ġejja 2356 tifel u tifla se jibdew il-Junior Lyceums.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport Dolores Cristina qalet li r-riżultati miksuba mir-resit jiġġustifikaw id-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni li għall-ewwel darba din is-sena ta ċ-ċans biex studenti li weħlu minn eżami wieħed tal-Junior Lyceum f’Mejju li għadda jkunu jistgħu jerġgħu jagħmluh.
Ir-riżultati miksuba din is-sena huma frotttal-bidliet li qed jitwettqu fil-qasam edukattiv u jixhdu l-impenn tal-għalliema għall-ġid u s-suċċess tal-istudenti.
Il-Ministru Dolores Cristina esprimietil-fiduċja tagħha li r-riforma dwar it-Tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja li mistennija titħabbar dalwaqt u li tidħol fis-seħħ fis-sena skolastika 2010-2011, tkompli tagħti riżultati pożittivi kien inkomplu nassiguraw li t-tfal kollha jirnexxu.
Fl-iskola li żaret il-Ministru l-bieraħ,il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada għaddejja b’xogħol estensiv biex tinbidel is-sistema tal-elettriku fil-blokki kollha tal-iskola, qed isir xogħol fuq il-blokk tal-home economics li kważi qed isir mill-ġdid, barra minn xogħol ta’ tibjid u tibdil ta’ aperturi. Ix-xogħol f’din l-iskola se jiġi jiswa €350,000.  Bħalissa qed isiru xogħlijiet fuq aktar minn 60 skola oħra liema xogħol irid jitlesta qabel tibda s-sena skolastika li jmiss.
Il-Ministru Cristina ħabbret ukoll li għada setkun imnedija l-Undergraduate Scholarship Scheme li toffri għajnuna lil studenti li se jibdew jew qegħdin jagħmlu l-ewwel degree tagħhom f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni terzjarja rikonoxxuti f’Malta jew f’Universitajiet barranin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow