L-OGĦLA RATA TA’ SUĊĊESS FL-EŻAMI TAL-JUNIOR LYCEUM: AKTAR MIN-NOFS L-ISTUDENTI GĦADDEW MIR-RESITS
pr1380
13/08/2009
| Aktar minn nofs it-tfal (57.7%) li kellhom | l-opportunita’ għall-ewwel darba li jagħmlu resit ta’ xi suġġett li weħlu fih fl-eżami tal-Junior Lyceum irnexxielhom jgħaddu u għalhekk f’Settembru li ġej huma wkoll se jkunu jistgħu jmorru f’xi wieħed mill-Junior Lyceums tal-Gvern. |
| Dan ħabbritu l-Ministru tal-Edukazzjoni, | Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina meta żaret xogħol estensiv ta’ tisbiħ u titjib ta’ faċilitajiet edukattivi fil-Junior Lyceum tal-Bniet tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun. |
| Dan ifisser li r-rata totali ta’ tfal subien u | bniet li din is-sena għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceum hi ta’ 73.7% li hi 12.5% aktar minn dawk li għaddew mill-istess eżami s-sena li għaddiet. Dan hu rekord u hu l-ogħla rata ta’ suċċess f’dan l-eżami għal dawn l-aħħar snin. |
| Dan iċ-ċans ħaduh 381 student – 212 tifel u 169 | tifla li minnhom 199 kienu weħlu fl-eżami tal-Matematika u 182 weħlu fl-eżami tal-Ingliż. |
| Wara li saru dawn ir-resits, kien hemm | 134 student li kisbu riżultat tajjeb fil-Matematika u 79 li għaddew mill-Ingliż. B’hekk fis-sena skolastika li ġejja 2356 tifel u tifla se jibdew il-Junior Lyceums. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport Dolores Cristina qalet li r-riżultati miksuba mir-resit jiġġustifikaw id-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni li għall-ewwel darba din is-sena ta ċ-ċans biex studenti li weħlu minn eżami wieħed tal-Junior Lyceum f’Mejju li għadda jkunu jistgħu jerġgħu jagħmluh. |
| Ir-riżultati miksuba din is-sena huma frott | tal-bidliet li qed jitwettqu fil-qasam edukattiv u jixhdu l-impenn tal-għalliema għall-ġid u s-suċċess tal-istudenti. |
| Il-Ministru Dolores Cristina esprimiet | il-fiduċja tagħha li r-riforma dwar it-Tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja li mistennija titħabbar dalwaqt u li tidħol fis-seħħ fis-sena skolastika 2010-2011, tkompli tagħti riżultati pożittivi kien inkomplu nassiguraw li t-tfal kollha jirnexxu. |
| Fl-iskola li żaret il-Ministru l-bieraħ, | il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada għaddejja b’xogħol estensiv biex tinbidel is-sistema tal-elettriku fil-blokki kollha tal-iskola, qed isir xogħol fuq il-blokk tal-home economics li kważi qed isir mill-ġdid, barra minn xogħol ta’ tibjid u tibdil ta’ aperturi. Ix-xogħol f’din l-iskola se jiġi jiswa €350,000. Bħalissa qed isiru xogħlijiet fuq aktar minn 60 skola oħra liema xogħol irid jitlesta qabel tibda s-sena skolastika li jmiss. |
| Il-Ministru Cristina ħabbret ukoll li għada se | tkun imnedija l-Undergraduate Scholarship Scheme li toffri għajnuna lil studenti li se jibdew jew qegħdin jagħmlu l-ewwel degree tagħhom f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni terzjarja rikonoxxuti f’Malta jew f’Universitajiet barranin. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en