IPPUBBLIKATI LINJI GWIDA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ KONSULENTI LI JAGĦMLU STUDJI DWAR L-IMPATT AMBJENTALI
pr1377
12/08/2009
| Il-Gvern illum ippubblika linji gwida li qegħdin | jiġu proposti għar-reġistrazzjoni ta’ konsulenti li jixtiequ jaħdmu fuq studji dwar l-impatt ambjentali (EIA). Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari Mario de Marco waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw dettalji dwar dawn il-linji gwida. |
| Dr de Marco qal li r-Regolamenti tal-Istudju | dwar l-Impatt Ambjentali kienu jikkontemplaw it-twaqqif ta’ Bord ta’ Reġistrazzjoni u Verifika (Registration and Review Board) biex fost l-għanijiet prinċipali tiegħu jfassal proċess ta’ reġistrazzjoni għal dawk il-konsulenti li jixtiequ jipparteċipaw fit-twettiq ta’ studji dwar l-impatt ambjentali. Il-Kabinett approva dawn il-linji gwida kif proposti mill-istess Bord mingħajr l-ebda tibdil. |
| “Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu | ser inkomplu nsaħħu l-proċess tal-EIA. Biex ikunu rreġistrati, il-konsulenti jridu jissodisfaw numru ta’ kriterji u kif ukoll iridu jitolbu t-tiġdid tar-reġistrazzjoni kull sena; liema reġistrazzjoni tkun suġġetta għall-iskrutinju tax-xogħol tagħhom u l-livell ta’ preċiżjoni li jkunu għamlu fl-istudji tagħhom,” qal Dr de Marco. |
| Huwa żied jgħid li kif diġà tħabbar, il-proċess | il-ġdid tal-EIA ser ikollu monitoraġġ obbligatorju li ser isir minn nies indipendenti minn dawk li jkunu wettqu l-istudju tal-EIA. |
| Iċ-Chairman tal-Bord tar-Reġistrazzjoni u | Verifika, il-Perit Kevin Gatt spjega kif dawn il-linji gwida ġew immudellati fuq standards barranin adattati għaċ-ċirkostanzi lokali, u li minħabba ċ-ċokon tal-pajjiż, qed tkun proposta forma ta’ reġistrazzjoni fuq bażi individwali u li s’issa m’hemmx ħsieb li ssir reġistrazzjoni fuq bażi ta’ kumpaniji. |
| Hu qal li ngħata kas mhux biss ta’ dawk | il-konsulenti li jkunu involuti f’dixxiplini li jkunu preżenti f’kull EIA imma anke f’dawk li huma speċjalizzati fi studji speċifiċi li jkun hemm bżonnhom f’ċirkostanzi partikolari determinati mis-sensittività tas-sit u l-iżvilupp propost. Dan biex tingħata l-opportunità lil kulħadd li jipparteċipa skont l-esperjenza li jkollu. |
| Qed ikunu proposti tliet kategoriji ta’ | registrazzjoni, i.e. dik ta’ Junior Impact Assessor; Senior Impact Assessor; u Environmental Impact Assessment Co-ordinator. Qed jiddaħħal ukoll il-kunċett ta’ portfolio fejn kull konsulent ikun obbligat li jżomm rendikont tal-attivitajiet kollha li jkun għamel f’dan il-qasam biex juri lill-Bord l-istudji li jkun wettaq kif ukoll l-iżvilupp professjonali li bih ikun kompla jħarreġ lilu nnifsu. Il-linji gwida qed ivaraw ukoll Kodiċi ta’ Prattika għall-Konsulenti tal-EIAs li jipprovdi linji gwida għall-komportament tagħhom fil-qadi tad-dmirijiethom. |
Dawn ir-regolamenti huma disponibbli online minn fuq www.rrb.gov.mt jew www.doi.gov.mt u ser ikunu miftuħa għal perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ sitt ġimgħat, fejn kull min hu interessat jista’ jagħmel il-kummenti tiegħu jew jitlob li jiltaqa’ mar-Registration and Review Board billi tintbagħat email lil rrb@gov.mt
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en