Left arrow Mur Lura

120 PERSUNA MĦARRĠA BIL-FONDI TAL-UE BIEX JAĦDMU F’CHILDCARE CENTRES

pr1376
Date Icon 12/08/2009
“Mill-fondi li Malta kellhaallokata għaliha bejn l-2004 u l-2006 kien hemm programmi apposta biex jiġu mħarrġa persuni biex jaħdmu f’childcare centres u kien hemm 120 persuna li ġew imħarrġa għal dan il-għan permezz ta’ fondi mill-UE”.  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said meta żar iċ-Childcare Centre tal-Westin Dragonara Resort li wkoll sar bl-għajnuna tal-fondi mill-UE.  Chris Said qal li 38 persuna minn dawk imħarrġa fetħu ċ-Childcare Centres tagħhom stess jew qed jaħdmu f’Childcare Centre.
Dan ic-Childcare Centrehuwa wieħed minn tlieta li sar minn kumpaniji privati li għamlu użu minn fondi tal-UE. Permezz ta’ dawn iċ-Childcare Centres il-ħaddiema li jaħdmu fl-istess intrapriżi għandhom l-opportunità li jħallu lil uliedhom fihom waqt li jkunu għax-xogħol.
Is-Segretarju Parlamentariqal li mill-programm ta’ fondi bejn l-2004 u l-2006 inbena wkoll Childcare Centre fl-MCAST sabiex jgħin lill-ommijiet illi jridu jkomplu jistudjaw jew jieħdu wieħed mill-korsijiet li joffri l-MCAST.  Dan iċ-Childcare Centre jintuża wkoll mill-ħaddiema tal-MCAST u kif ukoll mill-kommunità ta’ Raħal Ġdid.
Iċ-Childcare Centretal-MCAST żdied mas-sebgħa l-oħra li nfetħu mill-Gvern fl-aħħar snin jiġifieri f’Raħal Ġdid, Ħal Luqa, Birkirkara, Birgu, Għargħur, Bormla u fl-Università. Chris Said qal li matul din is-sena se jinfetħu erbgħa oħra u dawn se jkunu fil-Qawra, Pembroke, Siġġiewi u l-Junior College.
Chris Said kompla li mill-fondiallokati għall-perjodu 2007-2013 hemm skema oħra intiża biex tgħin il-qasam taċ-Childcare f’pajjiżna jkompli jikber.  Huwa qal li din l-iskema toffri għajnuna f’forma ta’ grant kemm għal dawk li jridu jtejbu l-faċilitajiet li diġà għandhom u kif ukoll lil dawk li jridu jiftħu Childcare Centres ġodda.
B’hekk f’pajjiżna mhux bissse jkollna livell ogħla ta’ Childcare Centres iżda se jinħolqu wkoll aktar opportunitajiet ta’ xogħol f’dan is-settur.
Dan kollu jagħmel iċ-ChildcareCentres aċċessibbli għal numru akbar ta’ tfal u hekk aktar ġenituri se jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu.  Biex l-aċċessibilità tkompli tissaħħaħ, Chris Said qal li l-Gvern ta rebate mit-taxxa sa massimu ta’ elf Euro fis-sena lill-ġenituri li jibagħtu t-tfal f’kindergartens privati.  Minn din l-iskema bbenefikaw ‘il fuq minn 1,000 familja. Chris Said qal li f’Malta 95.5% tat-tfal ta’ 4 snin jattendu l-Kindergartens u din il-figura hija 9% aktar mill-medja fl-UE.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow