22 għaqda sportiva jibbenefikaw mill-iskema ta’ inċentivi għal Turiżmu Sportiv
pr1374
11/08/2009
| Tnejn u għoxrin għaqda sportiva se jkunu qed | iġibu lejn Malta ftit anqas minn 22,000 bednight. Għal dan il-għan il-Gvern se jkun qed jagħti madwar €90,000 f’għajnuna lil dawn l-għaqdiet sportivi li bejniethom organizzaw 35 attività bis-sehem ta’ sportivi internazzjonali. |
| Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet | organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. F’din l-attività, is-Segretarji Parlamentari Mario de Marco u Clyde Puli ppreżentaw il-kuntratt lil dawn it-22 għaqda sportiva li gawdew minn din l-iskema. |
| Is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco qal li | l-fatt li 22 għaqda, assoċjazzjoni jew federazzjoni sportiva diġà qed jieħdu sehem fl-iskema fi żmien ftit xhur, mhux biss turi kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-Gvern li jwettaq din l-iskema, imma wkoll kemm l-għaqdiet sportivi tagħna jafu jieħdu l-opportunitajiet li jingħataw. Huwa qal li l-kważi 22,000 bednights li se jkunu ġġenerati b’dawn l-avvenimenti sportivi jfissru dħul ta’ kważi €1.2 miljun. |
| “Kif kulħadd jaf, f’dan il-qasam, aħna diġà | għandna numru ta’ attivitajiet ta’ livell għoli u ta’ preġju li jsiru f’pajjiżna ta’ kull sena, bħal m’huma l-Maratona ta’ Malta li tiġbed aktar minn 1,000 atleta, ir-Rolex Middle Sea Race bi 80 jott, u kif ukoll il-Powerboat P1 Grand Prix. Skond stħarriġ tal-MTA, is-sena l-oħra, kellna aktar minn 80,000 turist li ġew Malta apposta biex jippratikaw xi sport. 50,000 minnhom ġew għad-diving,” sostna Dr de Marco. |
| Huwa żied jgħid li minbarra dan, qed naraw kif | l-isponsorship tat-tim tal-futbol Ingliż Sheffield United mill-MTA qed iħalli l-frott mixtieq, mhux biss fil-promozzjoni ta’ pajjiżna fir-Renju Unit, imma wkoll billi ż-żewġ tims minn din il-belt ġew għal training camps f’pajjiżna akkumpanjati minn numru mdaqqas ta’ supporters; u dan ukoll huwa riżultat pożittiv marbut direttament mal-isport. |
| Dr de Marco temm jgħid li bl-iskema, li llum | bdejna naraw l-ewwel frott tagħha, qed ngħinu lill-għaqdiet sportivi sabiex jagħmlu użu min-netwerks internazzjonali tagħhom u jidħlu għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet internazzjonali li permezz tagħhom jiżdiedu t-turisti li jiġu Malta għal dan il-għan. |
| Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli qal li | huwa jinsab sodisfatt li l-għaqdiet sportivi qed iwieġbu għas-sejħa li qed jagħmlilhom il-Gvern biex jingħaqdu miegħu u jinvestu fl-iżvilup ta’ suq ta’ turiżmu sportiv. |
| Clyde Puli stqarr li huwa jemmen li dan is-suq | jista’ jkompli jiżviluppa fi snin li ġejjin hekk kif aktar għaqdiet sportivi jitgħallmu jagħmlu użu aħjar mill-iskema u mill-kuntatti internazzjonali tagħhom. |
| Clyde Puli sostna li t-22 għaqda sportiva se | jtellgħu bejniethom 35 attività li se joffru opportunità ta’ finanzjament ieħor lill-għaqdiet u esperjenza u kisba ta’ valuri lill-atleti li huma jirrapreżentaw. |
| Iż-żewġ Segretarji Parlamentari ħabbru wkoll li | fil-ġimgħat li ġejjin din l-iskema mistennija terġa tinfetaħ għall-attivitajiet li jistgħu jsiru matul l-2010. L-iskema ser tiftaħ aktar kmieni sabiex l-għaqdiet sportivi ikollhom aktar ċans li jippjanaw u jikkompetu biex jattiraw lejn pajjiżna attivitajiet sportivi bħal logħob kompetittiv, training camps u konferenzi. |
| Il-finanzjament tal-iskema se jkun qed joħroġ | nofs mill-Kunsill Malti għall-Isport u nofs mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Matul l-ewwel sena ta’ din l-iskema, il-fond allokat se jkun €100,000. Mis-sena d-dieħla l-ammont se jkun ta’ mhux anqas minn €250,000 fis-sena. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en