JITWAQQAF KUMITAT GĦALL-ADDATTAZZJONI TAL-BIDLA FIL-KLIMA
pr1373
11/08/2009
| Dalgħodu l-Ministru | għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino, ħabbar it-twaqqif ta’ kumitat sabiex jibni strateġija t’adattazzjoni dwar l-effetti tal-bidla fil-klima. Il-Ministru Pullicino qal li l-fatt li pajjiżna huwa iżola ċkejkna jagħmel lill-pajjiżna aktar vulnerabbli sabiex jiġi milqut mill-impatti tal-bidla fil-klima. |
| Wara li l-Kumitat | għall-bidla fil-klima li twaqqaf f’Ġunju tal-2008 ppreżenta l-istrateġija tiegħu, issa li dan il-kumitat ippreżenta l-istrategija ta’ mitigazzjoni b’ammont ta’ proposti u mizuri fir-rigward tal-bidla fil-klima biex jitnaqqas l-impatt,Malta issa għandha bżonn tembarka fuq proċess sabiex tibni strateġija ta’ addattazzjoni |
| F’Diċembru li | għaddha pajjiżna appoġġa bis-sħiħ l-hekk imsejjaħ Climate and Energy Package tal-Unjoni Ewropea. Dan sar b’mod kuraġġuż għax għalkemm t-triq li għandu quddiemu dan il-pajjiż sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti m’hix waħda faċli, dan il-pass sar sabiex minnu jgawdu mhux biss il-ġenerazzjoniet tal-lum iżda wkoll dawk ta’ għada. |
| Għalhekk illum | il-Gvern appunta kumitat ġdid halli jfassal strategija sabiex naddattaw għall-effetti tal-bidla fil-klima. Waqt il-preżentazzjoni li saret mis-Sur David Spiteri Gingell, ġie spjegat li din l-istrateġija għandha tiffoka fuq setturi li qed jiġu affetwati bil-bidla fil-klima bħal per eżempju l-qasam tas-saħħa, l-ilma u għargħar, il-biodiversita’ u l-agrikoltura fost l-oħrajn. |
| Il-Ministru Pullicino sostna li l-Ministeru huwa | konxju li x-xogħol ta’ dan il-kumitat mhux wieħed faċli iżda għandu fiduċja fil-kompetenzi tal-membri ta’ dan il-kumitat. Il-kumitat se jkun immexxi mis-Sur David Spiteri Gingell, li kien ukoll ic-chairperson tal-ewwel kumitat tal-bidla fil-klima. |
Il-membri l-oħra tal-kumitat huma:
| Is-Sur Martin | Seychell, Direttur, Environment Protection Directorate, MEPA |
| Profs Charles | Sammut, Dekan tal-Fakulta’ tax-Xjenza, Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Universita ta’ Malta kif ukoll National Project Manager, 2nd National Communication to the UN. |
| Dr George Attard, Direttur tal-Istitut | tal-Agrikoltura fl-Universita’ ta’ Malta, |
| Ing. Mark Muscat, | CEO, Water Services Corporation, |
| Dr Roberto | Debono, Riċerkatur fil-qasam tal-Bidla fil-Klima u s-Saħħa; |
Ing. Marco Cremona, espert fis-settur tal-ilma
Mr Hans Cauchi, Hotelier
| Dr Simone Borg , Segretarja Eżekuttiv – | Konsulenta fil-qasam tal-liġi ambjentali; |
| Mr George Camilleri – rappreżentant tal-Għaqdiet | Non-Governativi. |
| Il-Ministru Pullicino filwaqt li rringrazzja | lill-membri li għoġobhom jiffurmaw parti minn dan il-kumitat, qal li dan il-kumitat għandu jippreżenta l-istrategija tiegħu lill-Gvern f’Marzu tal-2010. |
| Il-Ministru żied jgħid li l-Gvern embarka fuq | varjeta’ u numru ta’ proġġetti u inizjattivi bil-għan li dan il-pajjiż ikun mhux biss jista’ jilħaq u jissodisfa l-obbligi internazzjonali li għandu, iżda wkoll kull sforz ambjentali jirriżulta f’livell ta’ saħħa u għixien aħjar. Fost il-lista ta’ miżuri u inizjattivi li l-Gvern inawgura fl-aħħar ftit xhur, il-Ministru Pullicino semma fosthom, il-Proposta ta’ Politika tal-Enerġija għal Malta, il-Pjan Nazzjonali għall-Uzu |
| Effiċjenti tal-Enerġija, l-Ewwel Revizjoni | tal-Istrateġija għal-Imaniġġjar tal-Iskart Solidu f’Pajjiżna, li hi wkoll mibnija fuq il-prinċipju li tiġġenera aktar enerġija nadifa mill-iskart, u l-Istrateġija għal Miżuri ta’ Politika ta’ Tnaqqis tal-Gassijiet Serra. Dan kollu juri kemm verament il-Gvern qed jagħti importanza u hu verament impenjat f’dan il-qasam. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en