Left arrow Mur Lura

ATTRAZZJONIJIET MIŻJUDA F’DAWN IL-JIEM F’GĦAWDEX

pr1371
Date Icon 11/08/2009
Bosta huma dawk il-Maltin li għal dan iż-żmientas-sena jagħżlu li jaqsmu l-fliegu u jagħmlu żjara fil-gżira ta’ Għawdex. Dawn iż-żjajjar, jew aħjar it-turiżmu domestiku, f’dawn l-aħħar snin bidel xi ftit in-natura tiegħu u dik li qabel kienet mawra ta’ darba f’sena llum inbidlet fi żjarat aktar spissi, fi tmiem il-ġimgħat ta’ matul is-sena. Jibqa’ l-fatt li Awwissu huwa xahar marbut mal-vaganzi u għalhekk huwa mistenni li ankè din is-sena l-gżira ta’ Għawdex tospita eluf ta’ viżitaturi Maltin u barranin. Minbarra l-attrazzjonijiet naturali u kulturali marbutin ma’ dan iż-żmien tas-sena, numru ta’ wirjiet artistiċi ser ikunu qed joffru attrazzjonijiet miżjuda għal matul dawn il-jiem.
‘The Sirens’ Wail’ jew aħjar ‘Il-Bikjatas-Sireni’ hija wirja interartistika kkurata minn Amina Contin li fiha qed jiġu esposti xogħlijiet tal-iskultur Giorgio Benedetti, il-fotografa Elena Ermacora u l-istilista tal-ġojjelli Miroslava Rumenoff. Minbarra l-aspett artistiku, l-attività li qed tittella’ ġewwa ċ-Ċentru tal-Kultura u l-Arti taċ-Ċittadella, ser tkun tinkludi wkoll serata speċjali li fiha l-attur taljan Gianluigi Tosto ser jirreċita l-’Odyssea’ bil-parteċipazzjoni ta’ l-attriċi u kantanta rinomata Teresa Fallai. Din is-serata ser tittella’ nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu 2009 fid-9 ta’ filgħaxija ġewwa ċ-Ċittadella. Attività oħra fis-sensiela ta’ attivitajiet marbuta ma’ din il-wirja kienet dik ta’ nhar it-8 ta’ Awwissu fejn saret donazzjoni ta’ skultura mill-iskultur Giorgio Benedetti lil gżira ta’ Għawdex. Din id-donazzjoni ġiet ippreżentata lis-Sur Anthony Borg, Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru għal Għawdex għan-nom tal-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono. ‘The Sirens’ Wail’ qed tiftaħ għal pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-10:00 u t-15:00. Fil-15, 16, 17 u t-22 t’Awwissu l-wirja tiftaħ ukoll mis-19:00 sal-22:00 ta’ filgħaxija.
Wirja oħra li qed tittella’ fiċ-Ċentrutal-Kultura u l-Arti taċ-Ċittadella hija dik ta’ l-artist Għawdxi Christopher Saliba. Permezz tal-wirja Formations, l-artist jinterpreta b’mod astratt ir-relazzjoni bejn l-ambjent naturali Għawdxi u forom magħmulin mill-bniedem. L-interpretazzjoni ta’ Saliba tagħti ħjiel ta’ unità u bilanċ mingħajr żmien b’effetti interessanti ta’ kuluri u l-materjal użati fix-xogħlijiet tiegħu.
Il-materjal użat huwa l-bażi ta’ wirja oħrali qed tittella’ fis-sala tal-wirjiet fil-Ministeru għal Għawdex. Charlie Camilleri, artist ieħor Għawdxi, qed jesponi xogħlijiet artistiċi maħduma bil-karta pesta intitolata ‘Blended Art’. Minbarra l-effett impressjonanti ta’ dan ix-xogħol jispikkaw ukoll tiżwieqa ta’ kuluri u t-teknika użata mill-artist fix-xogħlijiet tiegħu.
Ma jonqosx li l-ispazju allokat għall-wirjietartistiċi fil-Banca Giuratale ma jkunx ukoll mimli f’dan iż-żmien. Is-Sależjani ta’ Don Bosco qed itellgħu wirja ta’ minjaturi ta’ l-artista ingliża Ruth Basmeister. L-akwarelli juru xeni tipiċi ta’ Malta u Għawdex li ser ikunu għall-wiri sa nhar is-Sibt 15 t’Awwissu.
Il-Ministeru għal Għawdex permezz tal-KunsillGħawdxi għall-Kultura u l-Arti fi ħdan l-istess Ministeru, jikkoordina diversi attivitajiet kulturali u artistiċi matul is-sena kollha. Kif qalet il-Ministru għal Għawdex waqt l-inawgurazzjoni ta’ waħda mill-wirjiet li hemm miftuħa bħalissa, l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex f’dan ir-rigward issarraf billi f’Għawdex żdied konsiderevolment l-interess fil-qasam tal-arti, kemm minn artisti lokali kif ukoll minn dawk barranin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow