IL-KUNSILL LOKALI TA’ Ħ’ATTARD INIEDI “EKO-FESTA”
pr1370
11/08/2009
| F’konferenza tal-aħbarijiet li saret illum fl-uffiċċji | tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard, il-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità nieda l-inizzjattiva Eko-Festa għal matul il-jiem tal-festa ta’ Santa Marija. |
| Permezz ta’ din l-inizzjattiva il-Kunsill | Lokali ta’ Ħ’Attard se jkun qed jinkoraġixxi lill-każini, barijiet u ħwienet fiċ-ċentru tar-raħal fejn isiru l-attivitajiet tal-festa sabiex jiġbru l-iskart ta’ plastik, bottijiet u fliexken tax-xorb b’mod separat. |
| Il-kuntrattur li jieħu ħsieb l-indafa tat-toroq | ingħata wkoll struzzjonijiet biex jiġbor il-boroż bl-iskart riċiklat. Il-Kunsill Lokali qed iħeġġeġ lir-residenti biex l-iskart separat jittieħed fi bring-in-site viċin iċ-ċentru tar-raħal. |
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said faħħar l-inizzjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard u qal li din mhix l-ewwel inizzjattiva ta’ dan il-Kunsill Lokali fir-rigward tas-separazzjoni tal-iskart. |
| Chris Said qal li l-Kunsill Lokali ta’ | Ħ’Attard ħa wkoll l-inizzjattiva li nhar ta’ Tlieta jiġbor biss skart separat u dan jgħin lir-residenti jimmaniġġjaw aħjar l-iskart tagħhom u nhar ta’ Tlieta joħorgu biss skart nadif għar-riċiklagg. Dawn l-inizzjattivi jidher li qed iħallu l-frott u s-sena li għaddiet f’Ħ’Attard, ras għal ras inġabar l-akbar ammont ta’ skart separat fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex. |
| Dan kollu huwa f’sintonija mal-inizzjattiva | tal-Gvern imnedija fl-aħħar jiem “Premju Lokalitajiet Indaf” li se tinċentiva lill-Kunsilli Lokali biex jaħdmu aktar ħalli jkollhom lokalità nadifa. |
| Chris Said spjega kif dawk kollha li se | jipparteċipaw se jiġu assessjati minn bord imwaqqaf apposta. Minbarra premijiet ta’ flus li eventwalment jintużaw fi proġetti li jsebbħu l-ambjent, il-lokalità rebbieħa se tiġi ddikjarata bħala l-aktar lokalità nadifa f’Malta. |
| Chris Said qal li għal din l-inizzjattiva | hemm 53 Kunsill Lokali li kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom. Filwaqt li faħħar lil dawk li se jidħlu għal din l-isfida huwa ħeġġeġ oħrajn biex ma jħallux opportunitajiet bħal dawn jibqgħu għaddejin. |
| Huwa fakkar li matul il-konsultazzjoni dwar | it-tiġdid tal-Kunsilli Lokali l-indafa kien l-aktar element li ppreokuppa lir-residenti u kull Kunsill Lokali għandu l-obbligu li jaħdem biex il-lokalità li ġie fdat jamministra tkun waħda nadifa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en