ĦRUĠ TA’ ‘STOCKS’ TAL-GVERN – AWWISSU 2009
pr1368
11/08/2009
| Kien hemm rispons pożittiv mill-pubbliku kif | ukoll mill-investituri finanzjarji għall-ħruġ ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern ta’ Awwissu. |
| Sad-dati tal-għeluq (nofsinhar is-Sibt 8 ta’ | Awwissu 2009 u nofsinhar it-Tlieta 11 ta’ Awwissu 2009) it-Teżor kien irċieva 1,408 applikazzjoni b’valur totali ta’ ’l fuq minn 101 miljun Ewro meta l-ammont maħruġ kien ta’ 100 miljun Ewro (suġġett għal Dritt li jiżdied l-istock b’massimu ta’ 20 miljun Ewro). Minn dawn l-applikazzjonijiet/offerti b’irkant it-Teżor aċċetta valur total (nominali) ta’ 89,793,300 Ewro. |
| It-Teżor javża li l-applikazzjonijiet mill-pubbliku, | li laħqu l-ammont ta’ 22,943,300 Ewro fiż-zewġ ‘Stocks’ intlaqgħu kollha filwaqt li l-offerti b’irkant li ġew minn investituri istituzzjonali ġew allokati skont il-prezz tal-offerta mitfugħa. L-allokazzjonijiet kollha ta’ dan il-ħruġ ta’ ’Stocks’ tal-Gvern ser isiru kif muri hawn taħt: |
| MGS 5% 2021 (I) FI – €33,150,400 li minnhom | €11,450,400 ġew allokati lill-pubbliku bil-prezz offrut ta’ €101.75 u €21,700,000 ġew allokati lill-investituri finanzjarji skont il-prezz tal-offerta mitfugħa; u |
| MGS 3.6% 2013 (IV) FI - €56,642,900 li | minnhom €11,492,900 ġew allokati lill-pubbliku bil-prezz tal-ħruġ offrut ta’ €100.25 u €45,150,000 ġew allokati lill-investituri istituzzjonali skont il-prezz tal-offerta mitfugħa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en