STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr1367
11/08/2009
| Il-Gvern qiegħed juri biċ-ċar li meta jkollu | rapporti dwar xi abbużi dawn jittieħdu b’serjetà, isiru l-investigazzjonijiet mill-istituzzjonijiet tal-pajjiż u mbagħad isir il-proċess fil-Qorti. |
| Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi | f’kumment dwar l-investigazzjonijiet li saru b’rabta mal-VAT. |
Il-Prim Ministru qal:
| “B’dak li seħħ illum, il-Gvern qiegħed juri | biċ-ċar li ma jrid iħalli lil ħadd illi jabbuża mill-liġijiet tal-pajjiż. |
| Huwa messaġġ ukoll li l-Gvern jieħu | bis-serjetà r-rapporti li jkollu. Naturalment li seħħ s’issa huwa investigazzjoni mill-Pulizija li wasslet għall-istadju li qegħdin fih bħalissa. Ma jfissirx dan l-istadju huwa magħluq; kulħadd irid jgħaddi mill-proċess ġudizzjarju u allura wieħed irid jistenna sakemm il-Qrati tagħna jesprimu l-pożizzjoni tagħhom. |
| Pero’ żgur dan huwa mument fejn nuru lil | kulħadd illi fejn ikollna rapporti ta’ dan it-tip il-Gvern jeħodhom bis-serjetà u juża l-istituzzjonijiet tal-pajjiż biex jagħmlu l-invesitgazzjonijiet kollha li jkun hemm bżonn. |
| Issa nħallu f’idejn il-proċess ġudizzjarju | biex jasal għall-konklużjonijiet tiegħu. " |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en