Left arrow Mur Lura

SEJĦA GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-KARNIVAL TA’ MALTA 2010

pr1366
Date Icon 11/08/2009
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Artijħabbar li l-Karnival ta’ Malta 2010 se jigi ċċelebrat bejn il-Ġimgħa 12 u t-Tlieta 16 ta’ Frar, 2010.
Għal din is-sena l-Kunsill Maltigħall-Kultura u l-Arti qed iniedi numru rekord ta’ sejħiet differenti. Uħud mis-sejħiet huma kompetittivi, filwaqt li oħrajn mhux kompetittivi iżda marbuta ma’ diversi kriterji.
Fost is-sejħiet għall-partecipazzjonikompetittiva hemm dawk tal-Maskri Grotteski; Grupp bil-Kostum / Kumpanija tat-Tfal Sezzjoni C; Grupp bil-Kostum/ Kumpanija Sezzjoni B u Grupp bil-Kostum/ Kumpanija Sezzjoni A.
Is-sejħiet l-oħra, mhux kompetittivi,jikkonsistu f’parteċipazzjoni bil-banda addatata għall-Karnival; Karrijiet Trijonfali Sezzjoni A; Karrijiet Trijonfali Sezzjoni B; Karrijiet Trijonfali Sezzjoni C; Maskerun Iżolat; Vettura Dekorata u Karettun.
Formoli tal-applikazzjoni, regolamenti ukundizzjonijiet sabiex applikant jiġi kkunsidrat għall-parteċipazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku www.maltaculture.com jew mill-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, 230, ‘Casa Gaspe’ Triq ir-Repubblika, Valletta.
Talbiet għall-parteċipazzjoni fil-Karnivalgħajr għall-parteċipazzjoni bil-banda addatata għall-Karnival jintlaqgħu sa nhar il-Gimgħa, 14 ta’ Awissu, 2009 f’nofs in-nhar. Applikazzjoni għall-parteċipazzjoni bil-banda addatata għall-Karnival jintlaqgħu sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgħa, 4 ta’ Settembru, 2009.
Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempelil-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti fuq 21245168 jew jibgħat email fl-indirizz elettroniku anton.miceli@maltaculture.com
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow