Left arrow Mur Lura

ESPERT ĠERMANIŻ FUQ L-INVESTIMENT DIRETT BARRANI JĦARREĠ IMPJEGATI TAL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN U TAL-MALTA ENTERPRISE

pr1364
Date Icon 11/08/2009
Impjegati mill-Ministeru tal-AffarijietBarranin u tal-Malta Enterprise attendew sessjoni ta’ taħriġ nhar it-Tnejn 10 t’Awissu, li fiha ngħatalhom tagħrif dwar kif jiġi attirat l-investiment dirett barrani.
Din is-sessjoni li għaliha l-ħaddiemaattendew b’mod volontarju saret fil-ħinijiet ta’ wara x-xogħol u ġiet indirizzata minn Andreas Dressler li huwa espert fil-qasam tal-investiment dirett barrani u jaħdem ukoll mal-kumpanija internazzjonali KPMG fil-Ġermanja.
F’din is-sessjoni saret introduzzjoni dwarid-dinja tal-investiment dirett barrani. Din l-introduzzjoni saret bil-għan li l-impjegati, li wħud minnhom m’humiex midħla ta’ dan is-settur, ikunu jistgħu jifhmu l-kliem tekniku li jiġi użat f’dan il-qasam. Madankollu s-sessjoni daħlet iktar fil-fond ta’ kif il-persuni u l-entitajiet jistgħu bil-ħidma tagħhom jattiraw l-investiment dirett barrani li huwa tant importanti għall-pajjiż.
Andrew Dressler sostna fuq l-importanzatal-investiment dirett barrani. Huwa qal li hemm bosta pajjiżi li rrikonoxxew dan il-fatt u bħala eżempju semma lill-Irlanda li fi kliemu fl-aħħar snin, għamlet qabża kbira fl-ekonomija għaliex fis-snin li għaddew tat l-importanza meħtieġa lill-investiment dirett barrani. Sostna li minħabba l-kriżi internazzjonali, kien hemm tnaqqis fl-investimenti globali. Iżda fi kliemu, dan il-mument huwa importanti sabiex il-kumpaniji u l-pajjiżi jkunu jistgħu jidħlu iktar fihom infushom u jaraw kif jistgħu idawru l-isfidi f’opportunitajiet.
Intant l-impjegati tal-Ministerutal-Affarijiet Barranin u tal-Malta Enterprise kienu mħarġa wkoll fuq materji oħrajn marbuta mal-istess suġġett fosthom kif tibni relazzjonijiet personali ma’ kumpaniji u individwi li jistgħu jkunu ta’ potenzjal f’dan is-settur. Ingħatat ħarsa wkoll lejn kif il-pajjiżi jippruvaw jattiraw l-investiment barrani. Is-sessjoni ta’ taħriġ intemmet b’eżerċizzju żghir ta’ kif wieħed għandu jġib ruħu meta jikkunttatja persuni barranin bil-għan li jattira l-investiment.
Dawn l-inizjattivi huma parti minn sensielali ġew organizzati fl-aħħar xhur sabiex pajjiżna jattira iktar investiment barrani. F’Marzu li għadda 90 konslu għal Malta ħadu sehem f’konferenza fejn anke kellhom laqgħat ma’ sidien ta’ negozji Maltin.
Ftit jiem ilu l-Ambaxxaturi Maltin wkolliltaqgħu f’Malta għall-konferenza annwali u t-tema prinċipali ta’ din il-laqgħa kienet l-attrazzjoni ta’ investiment barrani.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow