Left arrow Mur Lura

KORSIJIET TA’ FIL-GĦAXIJA GĦALL-ADULTI

pr1361
Date Icon 11/08/2009

Id-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport għadu kif qassam ktejjeb fl-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex. F’dan il-ktejjeb, tinstab lista ta’ korsijiet ta’ fil-għaxija (Evening Classes), kif ukoll korsijiet li ser isiru fil-Lifelong Learning Centre u fl-iskejjel tal-Arti, Drama u Mużika. Il-lista ta’ korsijiet tidher ukoll fuq il-websajt www.eveningcourses.gov.mt

Il-korsijiet kollha jibdew f’Ottubru li ġej. L-applikazzjonijiet jibdew jintlaqgħu mill-Ġimgħa 28 t’Awwissu sal-Ġimgħa 11 ta’ Settembru 2009. Wieħed jista’ japplika online fuq is-sit elettroniku www.eveningcourses.gov.mt jew inkella personalment fil-bini tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Floriana. Applikanti Għawdxin jistgħu jieħdu l-applikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Edukazzjoni, Victoria Għawdex waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.

Il-formola tal-applikazzjoni li tinkisebukoll mill-Kunsill Lokali jew online, tista’ tintbagħat bil-posta f’dan l-indirizz: Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Kamru Nru. 320, Floriana FRN 1810.
Ebda applikant m’għandu jibgħat ħlas qabeljiġi infurmat li ġie aċċettat għall-kors li jkun applika għalih.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow