IL-MINISTRU GIOVANNA DEBONO ŻŻUR ĊENTRU TA’ SKOLA SAJF F’GĦAWDEX
pr1360
10/08/2009
| Madwar ħames mitt tifel u tifla li matul l-aħħar | sena kienu jattendu l-klassijiet tal-primarja fl-iskejjel f’Għawdex, bħalissa qed jattendu attivitajiet ta’ Skola Sajf organizzati għalihom ġewwa ħdax-il ċentru madwar Għawdex. Jiġu organizzati wkoll attivitajiet ġewwa l-Arka Respite Centre għal dawk it-tfal li jattendu l-iSpecial Unit ġewwa Sannat. |
| L-akbar numru ta’ tfal, li jlaħħaq madwar 230, | jattendu l-klabb ta’ skola sajf mtella’ ġewwa l-oratorju Don Bosco. F’dan iċ-ċentru it-tfal qed ikollhom opportunità li jitgħallmu permezz tal-logħob f’ambjent san u akkoljenti. Il-grownd miksi bil-ħaxix sintetiku jippermetti li jsiru attivitajiet sportivi filwaqt li jiġi organizzat ukoll logħob ieħor fis-sala tal-logħob u permezz tal-kompjuters. L-istudenti jieħdu sehem ukoll fi gruppi ta’ żfin u drama filwaqt li attivitajiet oħra jinkludu fost oħrajn tisjir, tpinġija, aerobics, xogħol tal-idejn, story-telling u prattika fil-bini ta’ presepji. |
| L-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, | għamlet żjara f’dan iċ-ċentru fejn iltaqgħet mat-tfal, l-għalliema u l-koperaturi, uħud minnhom fuq bażi volontarja. Il-Ministry kienet akkumpanjata minn Fr Effie Masini, direttur ta’ l-Oratorju Don Bosco. Filwaqt li faħħret l-inizjattiva meħuda mid-direzzjoni ta’ l-Oratorju f’dawn l-aħħar snin, il-Ministru spjegat kif skola sajf tagħti opportunita lit-tfal li jużaw il-vakanzi tas-sajf b’mod tajjeb. Dawk li jattendu Skola Sajf fl-iskejjel tal-lokalità ukoll jieħdu sehem f’attivitajiet li jgħinuhom jintegraw flimkien permezz tal-logħob. Il-Ministru għal Għawdex qalet li anke l-logħob jista’ jkun mezz ta’ tagħlim li jippromwovi etiċi tajbin li jwasslu għall-iżvilupp sħiħ tal-persuna. Dawn jinkludu wkoll prattiċi tajbin li jippromwovu użu tajjeb mir-riżorsi naturali u ambjentali ta’ pajjiżna. |
| Skola Sajf f’Għawdex tiġi koordinata | mill-Ministeru għal Għawdex b’kollaborazzjoni mat-taqsima Skola Sajf fi ħdan id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ għalliema flimkien ma’ studenti Għawdxin li qed isegwu korsijiet fl-Università. Minn dan il-lat tagħti wkoll opportunitajiet lil dawn l-istudenti aktar maturi biex jagħmlu esperjenza relatata ma’ l-istudji tagħhom. |
| Il-qasam edukattivi f’Għawdex kompla jagħti | riżultati pożittivi anke fl-aħħar eżamijiet fejn aktar minn 74% ta’ studenti li kienu jattendu s-sitt sena ta’ l-iskola primarja għaddew mill-eżamijiet tal-Junior Lyceum. Bosta studenti Għawdxin għaddew ukoll b’suċċess mill-eżamijiet tal-Matrikola f’livell sekondarju u avvanzat, b’mod speċjali f’suġġetti relatati mal-lingwi, xjenza, teknoloġija ta’ l-informatika kif ukoll fil-matematika, ekonomija u accounts. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en