Left arrow Go Back

IL-PRODOTT TURISTIKU LI NOFFRU HUWA RESPONSABBILTÀ TA’ KULĦADD

pr1359
Date Icon 10/08/2009
Matul żjara fuq proġett ta’ pavimentar utwessigħ tal-promenade fi Triq Dragunara f’San Ġiljan, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino u s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco, saħqu fuq il-ħtieġa li filwaqt li l-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu f’dak li noffru lit-turisti li jżuruna, hija r-responsabbiltà ta’ kulħadd li jieħu ħsieb l-indafa f’postijiet pubbliċi.
Il-Ministru Pullicino qal li l-proġett ta’ dinil-promenade huwa wieħed mill-proġetti li qed isiru f'żoni turistiċi b’impenn mill-Gvern biex l-infrastruttura titjieb fil-postijiet li huma ta’ attrazzjoni turistika. Huwa qal li meta sar il-progett ingħaddew servizzi taħt il-bankina.
Huwa rrefera għall-manutenzjoni f’żoni turistiċibħala rutina ta’ kuljum, u semma xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-promenade ta’ Wied il-Għajn, il-Mellieħa u Buġibba. Dan minbarra l-investiment ta’ miljuni ta’ ewro f’ tisbiħ ta’ promenades bħal dak fix-Xgħajra li issa huwa lest u kif ukoll dak f’Marsaxlokk fejn tlestiet l-ewwel fażi li kienet tikkonsisti f’pavimentar ġdid u t-twessigħ tal-bankina man-naħa tal-ħwienet. Wara l-istaġun tas-sajf se tinbeda l-parti man-naħa tal-baħar, dan kollu b’investiment ta’ €1.2 miljun.
Il-Ministru Pullicino saħaq ukoll fuq il-ħidmaintensiva ta’ tindif li ssir mill-Ministeru u li f’Paceville biss hemm sistema kontinwa kif isir it-tindif, b’ħames persuni li jduru Paceville fuq medda ta’ 24 siegħa kuljun fejn jikinsu, ibiddlu l-bins, u jiġbru l-imbarazz u ħmieġ mormi barra b'irresponsabbiltà.  Tinħasel iż-żona pedonali, isir sand sifting fil-bajja ta’ San Ġorġ u żewġ beach cleaners ikunu preżenti kontinwament fuq il-bajja.
Dwar il-ħtieġa tal-koperazzjoni tal-pubbliku,il-Ministru qal li l-ġimgħa l-oħra reġgħu ġew ivvandalizzati l-latrini pubbliċi f’Paceville, wara li nxtraw il-fittings kollha fil-bidu ta’ dan is-sajf. Din issa se tinżamm magħluqa sakemm isir ix-xogħol meħtieġ.
Huwa temm jgħid li hemm bżonn l-impenn ta’kulħadd – kemm Maltin u kemm barranin sabiex il-ħidma kbira u l-investiment minn flus il-poplu jkun jista’ jitgawda u jinżamm b’mod li jixraq.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari deMarco qal li bil-proġett tal-promenade – li sar b’fondi tal-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) u bir-riżorsi umani tal-MRRA, il-Gvern ried jgħaqqad il-bajja ta’ San Ġorġ mal-kumplament ta’ Paceville u San Ġiljan. Hu qal li din li saret kienet l-ewwel fażi, fejn aktar tard din is-sena se ssir in-naħa l-oħra tal-bajja lejn Pembroke u t-tielet fażi mistennija tkun dik li tgħaqqad triq il-Knisja ma’ Pjazza Spinola.
“Hu l-għan tagħna wkoll li ngħaqqdu ‘lTas-Sliema u San Ġiljan mal-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li mistenni jsir ħdejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, u li se jinkludi ġonna u Heritage Trail li tibqa’ nieżla sa ħdejn il-baħar madwar Pembroke sat-Torri msejjaħ tal-Maddalena. Dan se jsir b’investiment ta’ aktar minn €3 miljuni u li s-sejħa għall-offerti mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.”
Dr de Marco rrefera wkoll għall-fatt limill-Belt Valletta sa San Ġorġ hemm aktar minn 12-il kilometru ta’ kosta u li l-għan aħħari huwa dak li ssir promenade waħda li tista’ titgawda mill-Maltin u l-barranin.
Huwa temm jgħid li l-Gvern huwa konvint li danil-proġett flimkien ma’ numru ta’ oħrajn li qed isiru u li hemm pjanati, huwa bżonnjuż sabiex inkomplu ntejbu dak li noffru lit-turisti f’żona li flimkien ma’ Tas-Sliema/Gżira, tilqa’ fiha l-maġġoranza tat-turisti li jiġu f’pajjiżna – b’aktar minn 15,000 sodda mqassma fi 52 lukanda.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow