IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI JINDIRIZZA KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET FIT-TNEDIJA TAL-GĦAQDA YEL (YOUNG ENTREPRENEURS AND LEADERS)
pr1355
08/08/2009
| “Iż-żgħażagħ | jistgħu jkunu l-imprendituri u l-mexxejja ideali biex f’dan iż-żmien ta’ taqlib ekonomiku madwar id-dinja, jkunu huma li jagħtu ħajja mill-ġdid lill-ekonomija, b’mod partikolari l-ekonomija Maltija.” |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jinidirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġiet imnedija l-għaqda YEL (Young Entrepreneurs and Leaders). Din l-għaqda għandha l-għan li tgħin liż-żgħażagħ Maltin ikunu imprendituri u jkollhom sens ta’ tmexxija bl-iskop li jilħqu l-għanijiet tagħhom. |
| Clyde Puli | faħħar l-idea tal-fundattriċi Alessia Zammit, li flimkien ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra, ħadu din l-inizjattiva bl-iskop li jgħinu liż-żgħażagħ Maltin. Is-Segretarju Parlamentari faħħar ukoll il-European Institute for Education li qed jgħin lil din l-għaqda ġdida, li oriġinat propja minn riċerka għal teżi ta’ kors offrut minn din l-istituzzjoni edukattiva. |
| L-għaqda YEL, se | tkun qed tiffoka fuq oqsma partikolari biex itejjeb il-ħiliet taż-żgħażagħ. Fost oħrajn se tkun qed taħdem fuq l-oqsma tal-informatika, l-komunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, il-qasam legali, l-edukazzjoni, l-ambjent, saħħa, turiżmu, kultura u anke sport. |
| Fost il-ħidma | tal-YEL se jkun hemm laqgħat ma’ diversi esperti fl-oqsma identifikati. Se jkunu wkoll organizzati sensiela ta’ seminars informattivi u edukattivi għall-istudenti li qed jattendu għal taħriġ fl-ogħla istituzzjonijiet edukattivi tal-pajjiż bl-iskop li titqajjem kuxjenza akbar dwar is-suġġetti u l-importanza tagħhom għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Dawn is-seminars se jkollhom l-għan ewlieni li jwasslu studenti biex jagħmlu riċerka li tkun utli għas-suġġetti li qed taħdem fuqhom din l-għaqda. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Clyde Puli, temm l-indirizz tiegħu billi awgura kull suċċess lil din l-għaqda ġdida u ħeġġiġhom biex ikomplu jaħdmu b’enerġija ħalli jilħqu l-għan ewlieni tagħhom, dak li jmexxu l-interessi taż-żgħażagħ Maltin ‘l quddiem. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en