Left arrow Go Back

€330,000 BIEX JGĦINU L-ARTI U L-ARTISTI MALTIN

pr1354
Date Icon 08/08/2009
Quddiem rappreżentanza qawwija tal-komunitaartistika u kulturali Maltija, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina u l-Ministru tal-Ekonomija, il-Finanzi u l-Investiment Tonio Fenech, niedew il-Fond Malti għall-Arti bi €330,000 għal din is-sena bl-iskop li titjieb u titwessa’ l-esperjenza kulturali tal-udjenzi filwaqt li jkun assigurat l-iżvilupp professjonali tal-artisti Maltin.
L-attivita’ li saret fl-isfond tal-Portil-Kbir, fil-bitħa taċ-Ċentru tar-Restawr f’Bighi attendew għalija artisti minn kull dixxiplina tal-arti viżiva u performattiva, krtiċi tal-arti u l-kultura kif ukoll amministraturi f’dan il-qasam.
Dawk preżenti ngħataw tagħrif dwar kif sejaħdem dan il-Fond għall-Arti, min u kif wieħed jista’ japplika biex jibbenefika minn dan il-Fond, il-kriterji li fuqhom se jingħazlu l-proġetti kulturali li jibbenefikaw u dettalji tekniċi oħra li jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettronika tal-Ministeru tal-Edukazzjoni www.education.gov.mt/artsfundhtm jew inkella jibgħat messaġġ fl-indirizz elettroniku artsfund.medc@gov.mt .
F’kelmtejn li għamel il-Ministru tal-FinanziTonio Fenech tkellem dwar l-importanza li l-arti u l-kultura għandhom anke mill-aspett ekonomiku u l-ġid li esperjenza kulturali tajba u kalendarju kulturali varjat jistgħu jħallu fuq il-kwalita’ tal-ħajja tagħna, kif ukoll huma fost l-affarijiet li jfittxu turisti u anke investituri li jagħżlu lil pajjiżna.
Il-Ministru Fenech spjega kif il-Gvern f’dawnl-aħħar Budgets introduċa numru ta’ miżuri biex jgħin l-arti u l-kultura fosthom billi naqqas il-VAT minn 18% għal 5% fuq kiri ta’ spazji għal attivitajiet artistiċi u kulturali kif ukoll fuq il-biljetti għad-dħul fil-mużewijiet, kunċerti, esibizzjonijiet u teatru.
Il-Gvern eżenta wkoll mill-ħlas tal-VATattvitajiet kulturali organizzati minn organizazzjonijiet li m’għandhomx skop ta’ qliegħ u neħħa wkoll il-VAT minn fuq it-taħriġ għal kull forma ta’ arti.
Is-sena li għaddiet twaqqaf ukoll il-FilmFund biex jgħin lill-indusrja lokali tal-films.
Dawn il-miżuri flimikien mat-twaqqif tal-Fondgħall-Arti jixhdu l-impenn tal-Gvern biex jgħin il-qasam artistiku u kulturali f’pajjiżna fi żmien meta l-ekonomija mhux qegħda fl-aħjar żminijiet.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina filwaqt li rringrazzjat lill-Ministru tal-Finanzi li dejjem ikun lest biex jgħin fil-qasam tal-arti u l-kultura sostniet li t-tnedija tal-Fond għall-Arti hi okkażżjoni importanti għall-qasam kulturali għax permezz tagħha l-Gvern se jagħti opportunitajiet lill-persuni f’dan is-settur biex ikunu jistgħu jkabbru u jiżviluppaw it-talenti tagħhom. B’inizjattivi bħal dawn, pajjiżna se jkun jista’ joffri lill-poplu diversi forom ta’ arti, filwaqt li jkattar iżjed interess f’dan is-settur, u jinċentiva lil kulħadd biex jiżvilupp l-kreattiva artistika.
Il-viżjoni ewlenija tal-Ministerutal-Edukazzjoni u Kultura hi li jressaq lill-poplu viċin il-kultura, u l-kultura qrib il-poplu billi jisma’ l-vuċi tan-nies, jitgħallem mill-esperjenzi tagħhom u jagħti valur lil dak li jħossu. Fl-istess ħin il-Gvern minn dejjem emmen li hu d-dmir tiegħu li jipproteġi dawk il-forom tal-arti li m’humiex daqstant popolari, u jifrex aktar opportunitajiet għal forom ġodda ta’ arti, u innovazzjoni għax b’hekk ikun qed jassigura s-sostenibbilta’ tal-kultura.
Il-Ministru ħabbret li fi ftit ġimgħat oħra,se jitnieda għall-konsultazzjoni d-dokument dwar Politika Kulturali Nazzjonali. Dan hu pass ieħor importanti biex insaħħu s-settur kulturali ta’ pajjiżna u nagħtuh qafas aktar strutturat u noħolqu aktar sinerġija bejn id-diversi oqsma kulturali. Il-Ministeru jistenna li l-artisti jagħtu r-reazjoni tagħhom għal dan l-abbozz u ħadet din l-opportunita’ biex stiednet lil dawk preżenti u oħrajn interessati li jersqu ‘l quddiem u jagħtu l-ideat tagħħom biex il-Politika Nazzjonali Kulturali tagħna meta tiġi finalizzata, tkun waħda li tagħmel unur lil pajjiżna u tpoġġi ‘l kultura tagħna fil-post li jixirqilha.
Bħalissa l-Gvern qed jaħdem ukoll biexikollna Kalendarju Kulturali Nazzjonali li jkun magħruf minn kmieni kemm jista’ jkun f’dawk li huma avvenimenti ewlenin. Dan qed isir bl-iskop li kemm jista’ jkun noffru programm aktar varjat u biex ma jkunux hemm avvenimenti importanti kbar li jidħlu f’xulxin b’mod li min hu dilettant jew interessat ikollu jitlef xi avveniment.
Id-Direttorat tal-Edukazzjoni qed jaħdemukoll biex fir-Riviżjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali tal-Iskejjel nassiguraw li jinħolqu programmi kulturali għat-tfal biex sa minn ċkunithom inderruhom iħobbu u jinvolvu lilhom infushom fil-kultura. Fi żmien fejn id-dinja qed tinbidel kontinwament irridu nkunu kapaċi noffru opportunitajiet biex il-poplu tagħna jiżviluppa t-talenti tiegħu biex iħossu aktar kuntent u apprezzat u fejn l-arti u l-kultura jiffjorixxu b’mod naturali.
Il-Ministru Cristina qalet li qed isir ħafnaxogħol minn diversi organizazzjonijiet u l-Gvern irid isib il-mezz kif jaħdem aktar qrib ta’ dawn u flimkien magħhom inkomplu nifirxu u nkattru l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni fil-qasam kulturali. Dan hu qasam fejn hemm ħafna talenti li kultant bilkemm nagħtuhom valur. Hu l-ħsieb tagħna li anke dawn it-talenti nibdew nivvalorizzawhom u niċċertifikawhom.
Il-kultura għandu jkollha post ċetnralifil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha. Biex dan inwettquh tinħtieġ bidla kbira biex l-arti u l-kultura ma’ jibqgħux xi ħaġa tal-elit jew għal xi sezzjoni esklussiva tal-poplu tagħna, imma ssir xi ħaġa importanti għal kulħadd. Irridu li l-arti ma tibqax titqies bħala xi aspett marġinali fil-politika Maltija imma nibdew inħarsu lejha bħala l-qofol tas-soċjeta’ moderna. L-arti u l-kultura m’humiex biss divertiment imma parti integrali minn ħajjitna.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni temmet tgħid lirridu noħolqu sistema li taħseb kif isseddaq il-kultura, tferrixha ma’ kulħadd, tippreservaha għal ġenerazzjonijiet futuri u tilħaq lill-poplu kollu. Soċjeta’ b’saħħitha u serena hi dik is-soċjeta li tagħti valur lill-arti u l-kultura. Hekk irridu li tkun is-soċjeta’ Maltija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow