ŻIEDA SOSTANZJALI BIEX IL-KUNSILLI LOKALI JIXTRU AKTAR KOTBA GĦAL-LIBRERIJI LOKALI
pr1353
08/08/2009
| Fil-Kunsill Lokali tal-Għasri saret attività | “Il-Ktieb Pass ‘il Bogħod Minnek” sabiex titqajjem kuxjenza ħalli jkun hemm aktar interess fil-qari tal-kotba mill-Maltin u l-Għawdxin u dan b’rabta mad-devoluzzjoni ta’ 11-il librerija pubblika f’idejn il-Kunsilli Lokali Għawdxin, fosthom dik tal-Għasri, li twaqqfet mill-istess kunsill lokali. Għal din l-attività kienu preżenti l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said. |
| Waqt din l-attività s-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qassam fondi li se jintużaw biex jinxtraw kotba għal-libreriji lokali u reġjonali, vouchers li jissarrfu f’kotba ta’ karattru Malti u numru ta’ pubblikazzjonijiet maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. |
| Chris Said qal li d-devoluzzjoni tal-libreriji | pubbliċi lill-Kunsilli Lokali tidħol fil-qafas tat-tiġdid tal-kunsilli lokali fejn dawn se jifirxu l-ħidma tagħhom fl-oqsma soċjali u edukattivi. |
| F’dan ir-rigward it-tiġdid tal-Kunsilli Lokali | se jara li jissaħħaħ il-kunċett tal-libreriji fil-lokalitajiet ħalli dawn jintużaw minn l-akbar numru ta’ nies possibbli. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali qal li fil-liġi se tidħol emenda sabiex il-Kunsilli Lokali jipprovdu l-aħjar servizz mil-libreriji lokali. |
| Chris Said qal li d-devoluzzjoni tal-libreriji | wasslet biex ikun hemm investiment akbar fil-kotba u mmodernizzar tal-libreriji lokali u reġjonali. Bejn is-sena 2000 u l-2008 il-Kunsilli Lokali f’Għawdex nefqu aktar minn 25,000 Ewro f’kotba sabiex jintużaw mir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi. |
| Huwa qal ukoll li permezz tad-devoluzzjoni | għandna ħinijiet tal-ftuħ itwal u hekk il-libreriji saru aċċessibbli għal numru akbar ta’ nies. Dr Said semma wkoll il-kompjuterizzazzjoni tal-libreriji biex l-użu tal-istess libreriji sar aktar faċli. |
| Chris Said qal li mill-fond speċjali il-Gvern se | jkun qed jirdoppja l-budget għal-libreriji sabiex matul din is-sena il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jinvestu f’aktar kotba fil-libreriji tal-lokalità. Huwa faħħar ukoll l-inizjattiva tad-Dipartiment tal-Informazzjoni li ħareġ direttorju tal-libreriji. Din hija pubblikazzjoni li fiha l-informazzjoni kollha fuq il-libreriji lokali u reġjonali. Dan il-ktejjeb se jitqassam fil-Kunsilli Lokali u postijiet oħra pubbliċi. |
| Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono faħħret | il-ħidma tal-Kunsilli Lokali Għawdxin, li minbarra l-attenzjoni li jagħtu għall-proġetti infrastrutturali, jagħtu wkoll importanza għal promozzjoni tat-tagħlim u l-edukazzjoni fost il-komunitajiet tal-lokalità. |
| Hija spjegat kif waħda mill-prijoritajiet | ewlenin fil-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex hija dik mogħtija lill-qasam tal-edukazzjoni fejn tingħata attenzjoni biex jiżdiedu u jiġu mtejba l-faċilitajiet edukattivi fuq il-gżira. Ir-riżultati miksuba minn studenti Għawdxin, kemm fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum kif ukoll f’dawk tal-Matsec, huma prova li l-istudenti Għawdxin igawdu minn servizzi u faċilitajiet ta’ tagħlim li jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. |
| Il-Ministru Debono fakkret kif il-qari huwa | wieħed mill-mezzi ewlenin ta’ tagħlim għalkemm dan huwa passatemp favorit ta’ nies ta’ kull età. F’dan il-kuntest il-Ministeru għal Għawdex permezz tas-servizz tal-Librerija Pubblika, jagħti sostenn loġistiku u finanzjarju lill-ħdax-il librerija mxerrdin fil-lokalitajiet Għawdxin u oħra fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Ta’ kull sena jalloka madwar €200 lil kull librerija biex ikunu jistgħu jinxtraw kotba ġodda u hekk jingħata lok għal għażla aktar wiesa’ ta’ kotba għal dawk kollha li jużaw is-servizzi tal-librerija tal-lokalita’. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986