Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-ERARJI PUBBLICI U ARTIJIET

pr1352
Date Icon 07/08/2009
Il-media tal-Oppozizzjonitimmanipula intervista tas-Segretarju Parlamentari biex tqarraq
Is-Segretarjat Parlamentarigħall-Erarji Pubbliċi u Artijiet jikundanna il-mod qarrieqi u skorret illi bih sar l-edittjar ta’ servizz li deher fil-bulettin ta’ ONE News ilbieraħ il-Ħamis 6 ta’ Awwissu 2009.  It-tqasqis apposta ta’ intervista li saret lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi sar b’mod li tingħata impressjoni totalment bil-maqlub ta’ dak li qal tassew is-Segretarju Parlamentari fl-intervista.

Il-Fatti

Is-Segretarju Parlamentari JasonAzzopardi rrisponda mistoqsijiet ta’ ġurnalista ta’ ONE News dwar il-każ tal-proprjeta’ li ngħata mill-Gvern Laburista lill-Partit Laburista fil-Pjazza San Nikola Siġġiewi.   Hekk kif hu kien ħiereġ minn skola pubblika, sab ma’ wiċċu mikrofonu u camera ta’ ONE news filwaqt li l-ġurnalista talbitu jirrispondi domandi dwar il-każ tal-każin tas-Siġġiewi.
Fl-intervista imxandra ttieħdetbiss il-parti tas-sentenza fejn Dr Azzopardi kkonferma li l-file tal-Każin tal-PL fis-Siġġiewi kien fl-uffiċcju tas-Segretarjat tiegħu fl-aħħar xhur pero’ inqatgħet barra il-parti l-oħra tas-sentenza tiegħu fejn spjega għala sar dan.  Fis-servizz li deher fuq ONE News ilbieraħ, permezz ta’ tqasqis u manipulazzjoni, tħalla barra il-parti ta’ l-intervista fejn is-Segretarju Parlamentari spjega il-fatt kruċjali illi l-file kien fis-Segretarjat għax kienet qed tigi analizzata talba li kienet saret mill-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista tas-Siġġiewi li talab tiġġedded il-kera tal-istess proprjeta għaliex din tiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla. It-talba tal-Partit Laburista setgħet biss tiġi analizzata billi jiġi ezaminat il-file imsemmi.
Fis-servizz intqal li mhuwiexmagħruf għaliex il-file kien għand is-Segretarju Parlamentari.  Fl-intervista s-Segretarju Parlamentari spjega li l-file kien fis-Segretarjat propju minħabba t-talba li għamel il-Partit Laburista.  Madanakollu l-istazzjon tal-Oppozizzjoni  ħalla għal kollox barra din ir-risposta!
Fis-servizz intqal bl-iktar modqarrieqi ukoll, li  l-fatt li file ikun fl-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari joħloq preċedent ikrah. Dan huwa proċess normali ta’ amministrazzjoni f’dawn l-aħħar ħamsin sena fejn jidħlu deċiżjonijiet ta’ policy.

Kontra l-Etika

Dan huwa kaz abbużiv ta’edittjar.
Meta Dr Joseph Muscat sar mexxejtal-Oppozizzjoni kien qal pubblikament li ser iwaqqaf il-prattiċi ħżiena fil-ġurnalizmu tal-Oppozizzjoni li kienu jsiru qabel ma laħaq hu.  Kien qal ukoll li se jorbot lill-ġurnalisti b’kodici ta’ etika li f’paragrafu 15, punt 5 jghid  li:

5.         L-editjar tal-intervisti għandu jsir b’mod ġust (fair); bl-editjar

m’għandhomx jitgħawġu l-kummenti b’mod li toħrog tifsira ħazina jew

barra mill-kuntest.

Jidher ċar li l-Kodici ta’ Etikakien biss eżerċizzju taparsi għaliex fir-realta’ l-media tal-Oppozizzjoni qed timxi mod ieħor.
Fid-dawl ta’ dan kollu,is-Segretarjat Parlamentari jikkundanna prattiċi bħal dawn għax tassew imorru kontra kull prinċipju ta’ etika u morali.
Is-Segretarjat Parlamentarigħall-Erarji Pubbliċi u Artijiet għamel ilment uffiċjali ma’ ONE News dwar dan il-każ, u qed jitlob li tixxandar l-intervista kollha u mingħajr interruzzjoni fuq il-bulettin ta’ ONE News fi żmien tlett ijiem mil-lum, skont ir-regolamenti u l-liġi dwar ix-xandir.  Jekk dan ma jsirx, dan l-uffiċju iżomm id-dritt kollu li tagħtih il-Liġi biex jieħu l-passi neċessarji.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow