Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr1349
Date Icon 07/08/2009
Reazzjoni għall-Istqarrija tad-Deputat ta’l-Oppozizzjoni Dr Charles Mangion, Kelliem Ewlieni ghall-Finanzi – Impenn favur ix-Xogħol fiċ-ċentru tal-Ħidma tal-Gvern
L-istqarrija ppubblikata llum mid-Deputattal-Oppozizzjoni, l-Onor. Charles Mangion turi l-iżolament totali tal-Oppożizzjoni mir-realtajiet ekonomiċi u finanzjarji tad-dinja ta’ madwarna u l-ħidma meħtieġa biex pajjiżna jkompli jilqa’ għal dawn l-isfidi li għandu quddiemu.
Bil-kummenti tagħha, jidher li l-Oppożizzjonima tirrealizzax li f’perjodu ta’ kriżi ekonomika internazzjonali, Malta, bħal tista’ tgħid il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, qed tesperjenza tnaqqis fid-dħul tagħha mit-taxxi, minħabba li l-attività ekonomika ma komplitx għaddejja bir-ritmu li kellha fis-snin li għaddew. Aktar minn hekk f’dan il-kuntest, il-Gvern, għaliex ipoġġi x-xogħol fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu, intervjena biex jagħti appoġġ lis-setturi li kienu fil-bżonn u li għandhom fost l-akbar impatt fuq il-qasam tax-xogħol ta’ pajjiżna.
Il-qgħad f’pajjiżna kien ikun ħafna aktarqawwi li kieku l-Gvern ħares biss lejn il-miri finanzjarji stabbiliti s-sena li għaddiet, f’ċirkostanzi differenti; u naqas milli jinvesti b’mod addizzjonali fir-reklamar ta’ pajjiżna permezz ta’ budget addizzjonali, u kieku naqqas milli jgħin lill-kumpaniji tal-manifattura li sabu ruħhom f’diifikultà.
Kieku dan ma sarx, pajjiżna la kien iżomm is-setturtat-turiżmu f’livelli qrib dawk tal-2007 u lanqas ma kienu jkunu salvati l-2,500 impjieg fil-kumpaniji tal-manifattura. Dan minbarra r-riperkussjonijiet negattivi kbar li dawn is-setturi kienu jħallu fuq numru ta’ intrapriżi u l-ħaddiema tagħhom, li jiddependu fuqhom għall-għajxien tagħhom.
Il-Gvern japprezza li x-xogħol huwafiċ-ċentru tal-kwalità tal-ħajja tal-bniedem u għalhekk, kif diġà sostnut, se jkompli juża r-riżorsi kollha disponibbli lilu biex jissalvagwardja l-postijiet tax-xogħol eżistenti u jkompli jattira l-investiment, biex joħloq impjiegi ġodda, anke jekk fuq medda qasira ta’ żmien, dan jista’ jfisser li ma jilħaqx il-miri ekonomiċi mmedjati tiegħu.
Skond ċifri ppubblikati mill-Eurostat ftittal-jiem ilu, filwaqt li r-rata tal-qgħad f’Malta tlaħħaq is-7.3%, fiż-żona tal-ewro din titla’ għal 9.4%. Madankollu, il-fatt li r-rata ta’ Malta hi aħjar minn tal-Unjoni Ewropea ma tfissirx li għall-Gvern m’hemmx bżonn ta’ aktar ħidma biex jinħoloq aktar xogħol.
Anzi, fid-Dokument ta’ Qabel il-Budgetippreżentat nhar l-Erbgħa, joħroġ biċ-ċar li x-xogħol huwa l-qafas li miegħu ddur il-politika tal-Gvern. L-istess Dokument iħares lejn l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, lejn kif pajjiżna jista’ jkun aktar produttiv, lejn kif se nnaqqsu l-imperfezzjonijiet fis-suq, lejn kif se nħarsu l-infrastruttura tagħna – dan kollu biex insiru aktar kompetittivi, nattiraw iktar investiment bl-objettiv finali li noħolqu aktar xogħol ta’ kwalità aħjar għall-familji tagħna.
Dan ma jfissirx li s-sostenibbiltàfinanzjarja mhix importanti u hu għalhekk li xorta dan se jibqa’ objettiv importanti fil-ħidma tal-Gvern. Konferma tal-kredibilità tal-ħidma ekonomika tal-Gvern ingħatat ftit tal-ġimgħat ilu mill-kumpanija ta’ credit rating Standard and Poor’s li kkonfermat ir-rating ta’ Malta wara li kienet niżżlet dak ta’ numru ta’ pajjiżi Ewropej oħra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow