Left arrow Go Back

Pass ieħor lejn il-ħarsien ta’ siti storiċi f’pajjiżna

pr1348
Date Icon 07/08/2009
Il-bieraħ is-SegretarjuParlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi għadda t-Torri tax-Xlendi lill-Kunsill Lokali tal-Munxar flimkien ma’ Din l-Art Ħelwa.  Din hija l-ewwel darba li saret devoluzzjoni ta’ sit pubbliku lil żewg entitajiet flimkien, biex jikkollaboraw għal għan komuni.  Preżenti waqt l-iffirmar tal-ftehim kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said.
Frott ta’ din id-devoluzzjoni, dan is-sitstoriku importanti ser isir fuqu xogħol ta’ restawr, biex tingħatalu lura d-dinjita’ li tixraqlu, u jkun jista’ anke jiġi sfruttat għal skopijiet turistiċi.  Il-mudell ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill tal-lokal, flimkien ma’ entita’ ewlenija fil-ħarsien tal-wirt kulturali Malti, għandu jaħdem biex jiġi mmassimizzat il-potenzjal ta’ dan is-sit.
Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Gvern qedjikkonferma kemm verament jemmen fil-Kunsilli Lokali u fl-organizzazzjonijiet non-governattivi tagħna.  Il-Gvern seta’ faċilment jagħżel li jikri dan it-torri għal skopijiet kummerċjali u jdaħħal introjtu ferm iktar għoli.  Dan pero’ jmur kontra l-ispirtu ta’ kif għandu jintuża l-wirt storiku Malti u Għawdxi.  Għalhekk tajjeb li dawn l-organizzazzjonijiet jingħataw l-għodda biex jaħdmu u jingħataw l-għajnuna kollha possibbli.
Permezz tat-tiġdid, il-Kunsilli Lokali qedjingħataw ir-responsabbilita’ li jħarsu l-wirt storiku fil-konfini tagħhom.  L-Onor. Chris Said qal li  biex dan isir bl-aħjar mod, għandu jsir b’koperazzjoni ma’ għaqdiet li huma esperti fis-settur.  It-Torri tax-Xlendi huwa prova oħra li l-Kunsilli Lokali qed jagħmlu użu tajjeb mill-proprjetajiet devoluti lilhom u dan jinkoraġġixxi ‘l Gvern sabiex ikompli jimxi bil-politika ta’ devoluzzjoni.
Il-Kunsill Lokali tal-Munxar issa għandu tlettproprjetajiet devoluti lilu, jiġifieri area fi Triq Ġuże’ Aquilina li se tinbidel fi playing field, il-mitħna ta’ ħdejn il-knisja tax-Xlendi u t-Torri tax-Xlendi.  Dan hu ezempju ħaj ta’ kif Kunsill Lokali, avolja zgħir, qed jagħmel l-aħjar użu possibbli mill-politika ta’ devoluzzjoni.
Is-Segretarju Parlamentariresponsabbli mill-Kunsilli Lokali qal li fil-politika ta’ tiġdid qed tingħata importanza lid-devoluzzjoni tal-proprjetajiet u l-iskop tal-Gvern hu li jkompli jgħaddi aktar proprjetajiet lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
It-torri li jinsab fil-bokka tal-Bajjatax-Xlendi huwa uniku għax huwa l-eqdem torri kostali li għadu wieqaf f’Għawdex, mibni fl-1650 fi żmien il-Gran Mastru Lascaris.  Dan it-torri huwa partikolari wkoll għax għandu terrazz li jagħti għal fuq il-baħar, karatteristika unika għalih.  Dan it-torri li huwa mibni fuq medda ta’ 156 metri kwadri u huwa maqsum fuq żewg sulari, kien jgħasses il-bajja mill-pirati u kuntrabandiera.
Iz-zewg Segretarji Parlamentari żaru ukollMitħna fl-istess lokalita’ li kienet ġiet devoluta lill-Kunsill tal-Munxar, u li qed tiġi restawrata għall-iskop li tkun tista’ tinfetaħ għall-pubbliku fil-futur.  Din il-mitħna hija ta’ nofs is-seklu Għoxrin, u tinsab fi struttura mħaffra fil-blat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow