Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1345
Date Icon 06/08/2009
Il-Park tal-Majjistral joffri spazju għalkulħadd
B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġamill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti, il-Bord tat-Tmexxija tal-Park tal-Majjistral jixtieq jikkjarifika li r-raġuni li wasslet lill-Bord iwaqqaf il-kaċċa fid-9 ta’ filgħodu minn ġol-park, hija li minn dak il-ħin ‘l hemm jidħlu f’dan il-park ammont kbir ta’ nies kemm Maltin kif ukoll turisti.
Din id-deċiżjoni bl-ebda mod ma tistatittieħed bħala att kontra l-kaċċaturi. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala turija ta’ kemm il-Bord tal-Park tal-Majjistral ma jeskludi lil ħadd anzi joffri spazju għal kulħadd.
Il-Bord ta’ Tmexxija jirriafferma li l-Parktal-Majjistral huwa park ta’ natura u storja, u għalhekk għandu jkun aktar aċċessibbli milli kien sa llum għal kull min irid igawdi dan l-ispazju miftuħ f’pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow