IL-KUNĊERT OPERA VS ‘POP UNDER THE STARS’ FIL-BITĦA TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
pr1341
06/08/2009
| Wara s-suċċess li kiseb is-sena l-oħra, | għat-tieni sena konsekuttiva, fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex fir-Rabat, reġa’ ttella’ il-kunċert Opera vs Pop Under the Stars, mill-Gozo Youth Wind Band & Orchestra. |
| Għadd ta’ Għawdxin, Maltin u barranin li | bħalissa jinsabu f’Għawdex, setgħu igawdu atmosfera mill-aqwa li nħolqot mill-orkestra magħmula minn 50 mużiċisti żagħżagħ Għawdxin, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Grech fl-ambjent suġġestiv li kkumplimenta l-għażla tal-biċċiet li ndaqqu. |
| Matul l-Programm, il-Gozo Youth Wind Band & | Orchestra offriet lil dawk preżenti tiżwieqa ta’ arji operistiċi kif ukoll arranġamenti minn soundtracks u musicals fosthom Phantom of the Opera u Sound of Music. |
| Mistiedna speċjali matul din is-serata kienu | s-Sopran Pamela Agius li tgħix New York, il-bassista Għawdxi Noel Galea kif ukoll Ludwig Galea. Wirja ta’ xogħlijiet ta’ l-artist Għawdxi Paul A. Stellini ittellgħet għall-okkażjoni biex tikkumplimenta din is-serata kulturali f’Għawdex. |
| Il-kunċert Opera vs ‘Pop Under the Stars’ | ittella’ bil-kollaborazzjoni ta’ l-uffiċċju tal-kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta. |
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal | Għawdex, u c-Charges d’Affaires fl-Ambaxxata ta’ l-Istati Uniti f’Malta, is-Sur Jason L. Davis, attendew għal din is-serata. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986