Left arrow Go Back

XOGĦLIJIET TA’ SKAVAR FIL-WIED TA’ MĠARR IX-XINI

pr1340
Date Icon 06/08/2009
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. GiovannaDebono żaret ix-xogħlijiet ta’ skavar li qed isiru fis-sistema ta’ għelieqi fil-Wied ta’ Mġarr ix-Xini, fejn kienet imdawra fuq is-sit mis-Sur Anthony Pace, is-Sovrintendent tal-Patrimonju Malti u mis-Sindku tax-Xewkija Dr. Monica Vella.
L-iskavar qed jipprova jistabbilixxi d-datazzjonita’ l-oriġini tas-sistema ta’ ħwat li hemm fil-wied u ta’ l-għelieqi relatati magħhom. Aktarx li l-għelieqi u l-ħwat kienu jintużaw għall-kultivazzjoni tad-dwieli u l-produzzjoni ta’ l-inbid. Dan l-iskavar qiegħed jagħti wkoll aktar dettalji dwar dan is-sit, in-natura u l-użu tiegħu, kif ukoll il-perjodu li fih kien jintuża.
L-iskavar li ilu għaddej mill-2005, huwaparti minn proġett li qed isir mill-Kumitat tal-Park Reġjonali ta’ Wied Imġarr ix-Xini mwaqqaf bejn il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u ta’ Sannat. L-iskavar qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Fakultà ta’ l-Arkeoloġija ta’ l-Università ta’ Malta u tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.
L-għan ewlieni huwa li ssir magħrufa l-integrazzjonita’ informazzjoni arkeoloġika identifikata ma’ l-istorja kulturali tal-wied. Din hija l-ewwel darba li qed isir studju f’Malta u Għawdex fuq il-landscape architecture. Dan iwassal biex dan il-wied jiġi promoss mhux biss bħala attrazzjoni naturali, iżda wkoll bħala wieħed mill-aktar ċentri agro-industrijali qodma f’Għawdex. Jidher li hemm ħjiel li din is-sistema ta’ ħwat u anke tal-binja ta’ l-għelieqi tista’ saħansitra tmur lura għal 600 sena Q.K.
Il-Ministru għal Għawdex faħħret l-inizjattivameħudha mill-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Sannat u saħqet li kulħadd għandu jkun konxju mill-importanza tal-wirt storiku, kulturali u arkeoloġiku ta’ pajjizna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow