SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GĦALL-ISTUDENTI
| Id-Direttorati tal-Edukazzjoni se jagħtu aktar | importanza lil suġġetti u attivitajiet li jgħinu lit-tfal jiżviluppaw il-personalita’ sħiħa tagħhom għaliex hu ferm importanti li l-istudenti tagħna ikollhom tfulija serena li tgħinhom jimmaturaw. |
| Dan qalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina, meta dalgħodu attendiet fiċ-Ċentru ta’ Skola Sajf fl-iskola tal-Kalkara u ħadet sehem f’attivita’ sportiva tal-Volleyball flimkien ma’ studenti li qed jattendu f’dan iċ-Ċentru. |
| Il-Ministru qalet li t-tranżizzjoni | mill-Primarja għas-Sekondarja se tagħti ċans li l-istudenti jieħdu sehem ukoll f’attivitajiet extra kurrikulari li jgħinhom jiksbu ħiliet oħra li huma importanti għal ħajjithom, fosthom ħiliet sportivi. |
| Skola Sajf hi opportunita’ tajba mhux biss | għall-istudenti tal-primarja li jattendu fiha imma wkoll għal studenti universitarji fil-kors tal-edukazzjoni li jingħataw ċans jippratikkaw mal-istudenti dak li qed jistudjaw. |
| Barra minn dan, l-inizjattiva ta’ Klabb Sajf li | hi parti minn Skola Sajf, qed tgħin numru ta’ studenti li għandhom diffikultajiet fil-qari, biex matul is-sajf jingħataw għajnuna biex itejjbu dawn il-ħiliet. |
| Madwar 3,000 tifel u tifla, fosthom uħud bi | bżonnijiet speċjali, mill-iskejjel statali, tal-knisja u indipendenti, qed jipparteċipaw fi Skolasajf li fiha huma nvoluti wkoll madwar 220 student Universitarju u madwar 130 kapijiet/assistenti kapijiet/għalliema bħala Koordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf. |
| Il-Programm Skolasajf joffri l-opportunità li | t-tfal ikollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv, ikunu qed jilgħabu u jitgħallmu ma’ sħabhom. |
| Skolasajf 2009 | fetħet il-bibien tagħha nhar it-Tlieta 14 ta’ Lulju u se tibqa’ sejra sal-Ġimgħa 4 ta’ Settembru 2009, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, il-ħames u s-sitt klassi tal-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti). Iċ-ċentri ta’ Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi. Hemm ukoll Klabbsajf li fih jingħata servizz tal-għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu. |
| It-tema magħżula | għal din is-sena hija “Ħiliet Kreattivi”. Qed niffukaw fuq l-oqsma tal-Arti, Kultura u Ambjent billi qegħdin fis-sena tal-Kreattivita’ u Innovazzjoni. |
| L-iskopijiet | ewlenin ta’ Skolasajf huma: |
· Li toffri lill-istudenti tar-raba’, il-ħames u s-sitt klassi tal-iskejjel primarji programm ta’ attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jagħtu tagħlim informali li jikkumplimenta u jsaħħaħ dak li jkun sar fis-sena skolastika.
· Li tipprovdi lill-istudenti tal-B.Ed u studenti minn fakultajiet oħra, opportunitajiet li josservaw u jikkomunikaw mat-tfal. Dan isir f’sitwazzjonijiet kreattivi u mhux daqshekk formali bħalma jkunu matul is-sena skolastika.
· Li jagħti lill-ġenituri, speċjalment lil dawk li jaħdmu, l-opportunita` li jsibu post adattat għall-kura ta’ wliedhom waqt il-vaganzi tas-Sajf.
| Programm ta’ | Skolasajf 2009 |
| Il-Programm ta’ | ħidma għat-tfal fi Skolasajf jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, drama, żfin, kant, mima, diskussjonijiet, kwizz, sport u żjarat f’postijiet kulturali, industrijali u kummerċjali, kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali, per eżempju: fabbriki, mużewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knisja parrokkjali, banek u uffiċċji, u Kunsilli Lokali. Din is-sena se jiġi varat programm dwar it-Turiżmu bit-tema ‘Apprezza t-Turiżmu’. |
| Kunsilli | tal-Istudenti waqt Skolasajf |
| Matul Skolasajf | jitwaqqfu wkoll il-Kunsilli tal-Istudenti. Dawn jipparteċipaw fi proċess ta’ konsultazzjonijiet f’deċizjonijiet li jolqtu liċ-Ċentru tagħhom. |
| Programmi | Speċjali oħra huma: |
· Programm ta’ Prevenzjoni mill-Aġenzija Sedqa u iehor mill-Caritas
· Programmi ta’ ħarsien tal-wirt kulturali - Fondazzjoni Wirt Artna
· Healthy Breakfast Days
· Żjarat – Radju tal-Universita’ - CAMPUS FM
· Heritage Malta – kemm f’Malta kif ukoll f’ Għawdex
· Drama, Arti u Krafts
· Ħarsien tal-Ambjent
· Apprezza t-Turiżmu
| Ċentri | Speċjali |
| Tfal li fix-xitwa | jattendu fl-iSkejjel Speċjali għandhom programmi apposta. Dawn qegħdin jattendu fiċ-Ċentri tal-Wardija, San Miguel u l-Guardian Angel. Dawk f’Għawdex qegħdin jattendu l-Arka f’Għajnsielem. |
Klabbsajf
Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk it-tfal li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz tal-għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu. Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn it-tfal jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni. Infetħu għaxar ċentri f’Malta u tlieta f’Għawdex.
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en