Left arrow Mur Lura

INIZJATTIVA PREMJU LOKALITAJIET INDAF

pr1335
Date Icon 05/08/2009
Is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said nieda l-inizjattiva “Premju Lokalitajiet Indaf” waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ħdejn it-Torri ta’ Wignacourt f’San Pawl il-Baħar.
Chris Said qal limatul il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar it-tiġdid tal-kunsilli lokali l-indafa kienet preokkupazzjoni komuni mar-residenti ta’ kull lokalita’.
Is-SegretarjuParlamentari qal li kien għalhekk li l-Gvern introduċa l-kunċett ta’ ringfencing fuq il-fondi allokati lill-kunsilli lokali għall-indafa.  Chris Said qal ukoll li s-sena l-oħra tnediet kampanja ta’ infurzar fuq l-Att dwar il-Littering u din kienet kampanja li tat ir-riżultati.  Huwa kompla li bejn l-1 t’Awwissu 2008 u l-31 ta’ Lulju 2009 ingħataw 4,743 ċitazzjoni għal min inqabad iħammeġ mill-Pulizija, Gwardjani Lokali u l-Ispettorat tal-MEPA.
Filwaqt li dinil-kampanja se tkompli għaddejja, is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni ser jinċentiva lill-kunsilli lokali permezz tal-inizjattiva “Premju Lokalitajiet Indaf” biex dawn jaħdmu għal aktar indafa fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex.
Kull lokalita’ li setipparteċipa se tiġi assessjata fuq numru ta’ kriterji, fosthom
indafa ġeneralifil-lokalita’, kampanja edukattiva, rispons għall-ilment tal-pubbliku dwar l-indafa u attivitajiet ta’ tindif bis-sehem tar-residenti u għaqdiet mhux governattivi lokali.
Il-punti sejingħataw minn ġurija indipendenti, megħjuna mill-impjegati tal-Field Services Unit tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali li se jduru l-lokalitajiet kollha għal minimu ta’ tliet darbiet fuq perjodu ta’ xahrejn u nofs (bejn l-ewwel t’Awwissu u l-15 t’Ottubru)
Il-Kunsilli Lokalili se jieħdu sehem jista’ jkollhom għajnuna diretta finanzjarja għall-attivitajiet mal-għaqdiet mhux governattivi u r-residenti u anki għall-kampanji edukattivi.

Il-pubbliku se jkollu l-opportunita’ li jindika l-postijiet fejn hemm bżonn isir tindif billi jibgħat email fuq kunsillilokali2015@gov.mtu permezz tan-numru tat-telefon 2200 1244.

Chris Said qal lib’kollox se jingħataw 60,000 Ewro fi premijiet li għandhom jintużaw fi proġetti li jsebbħu l-ambjent tal-lokalitajiet rebbieħa.
Il-lokalita’rebbieħa se tiġi dikjarata bħala l-aktar lokalita’ nadifa f’Malta u Għawdex u tingħata trofew artistiku li jinżamm mill-kunsill lokali.
Chris Said ħeġġeġlill-kunsilli lokali kollha biex jieħdu sehem f’din l-inizjattiva għax l-indafa hija  waħda mill-aktar materji li r-residenti jikkummentaw dwarha.
Fl-għeluqtal-konferenza tal-aħbarijiet Chris Said irringrazzja lill-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar u qal li dan hu kunsill li jiffaċċja pressjoni kbira minħabba n-nies li jżuru jew imorru joqgħodu fil-lokalita’ matul ix-xhur tas-Sajf.
Is-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali faħħar lil dan il-kunsill lokali u qal li qabel daħal is-Sajf l-istess kunsill, bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u l-MTA, għamel b’400,000 Ewro f’xogħlijiet fuq it-toroq fl-inħawi ta’ Buġibba.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow