IPPUBBLIKAT ABBOZZ TA’ NOTIFIKA LEGALI MAĦSUB BIEX ITEJJEB L-OPERAT TAL-BORD TAL-PARK TAL-MAJJISTRAL
pr1332
04/08/2009
| Illum il-Gvern ippublika abbozz | ta’ Notifika legali li qabel ma tidħol fis-seħħ qed jingħata perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ erba’ ġimgħat. Din in-Notifika Legali tipproponi li l-Bord jiżdied minn seba’ persuni għal tmienja, bit-tmien persuna tkun tirrappreżenta lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Dan sar fuq talba tal-Kunsill Lokali stess u l-Gvern laqa’ din it-talba għal diversi fatturi fosthom li l-Park jaqa’ taħt ir-reponsabbilta’ tal-Kunsill Lokali Mellieħi, rappreżentanza tal-kunsill lokali ssaħħaħ is-sinerġija bejn min juża dan il-park u l-komunita’ tal-madwar kif ukoll il-Gvern hu dejjem miftuħ li jinkludi rappreżentanti tas-Soċjeta’ Ċivili kif fil-fatt diġa’ hemm f’dan il-Bord. |
| It-tieni emenda li qed | tipproponi din in-Notifika Legali hija sempliċiment sabiex ikun hemm sistema ta’ proċedura aktar ċara. Bażikament din tipproponi proċedura komuni u bażika ta’ kull organizzazzjoni li ma jista’ jsir xejn jekk mhux bl-approvazzjoni tal-bord. |
| Il-Gvern hu dejjem miftuħ sabiex | jiddiskuti u jikkonsidra proposti li jsirulu bl-għan li jtejjeb l-operat tal-Park tal-Majjistral. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986