Left arrow Mur Lura

JITNEDEW MANWAL U FONDI GĦAS-SOĊJETÀ ĊIVILI WAQT SEMINAR GĦALL-MEMBRI TAL-KUMITATI SETTORJALI TAL-MEUSAC

pr1331
Date Icon 04/08/2009
Waqt laqgħa organizzata mill-MEUSACgħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li qed jipparteċipaw fl-istrutturi ta’ konsultazzjoni tal-MEUSAC, saret diskussjoni dwar l-andament ta’ dan il-proċess filwaqt li tnedew Manwal għall-membri kif ukoll il-Fond għas-Soċjetà Ċivili u Fond ta’ Ko-finanzjament għall-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili.  Il-Fond għas-Soċjetà Ċivili, li ilu jgħin lill-imsieħba soċjali u għaqdiet mhux governattivi, ġie rivedut din is-sena wara konsultazzjoni li saret fil-Core Group tal-MEUSAC u issa se jkun qed jiffoka fuq il-parteċipazzjonijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet f’assoċjazzjonijiet, għaqdiet jew federazzjonijiet Ewropej. Minbarra dan, twaqqaf għall-ewwel darba Fond ta’ Ko-finanzjament għas-Soċjetà Ċivili.
Il-Fond għas-Soċjetà Ċivili se jagħti għajnunafinanzjarja lill-membri tal-Core Group u tal-Kumitati Settorjali f’forma ta’ grants li  għandhom jgħinu biex tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea permezz ta’ affiljazzjoni u parteċipazzjoni f’għaqdiet, assoċjazzjonijiet jew federazzjonijiet Ewropej.
Il-Fond ta’ Ko-Finanzjament hu mmirat biexjoffri għajnuna fil-ko-finanzjament ta’ proġetti li huma parzjalment ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Dan il-Fond jixbah il-Fond ta’ Ko-finazjament li tnieda iktar kmieni din is-sena għall-kunsilli lokali għalkemm separata minnu.
Meta kien qed jikkonkludi dan is-seminar, is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, qal li l-Gvern jifhem li hawn diversi għaqdiet li għandhom proġetti li jixtiequ jwettqu u li huma wkoll eliġibbli għall-fondi tal-Unjoni Ewropea, iżda li l-element finanzjarju qiegħed ixekkilhom milli jagħmlu dan peress li ma jkollhomx ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa għal dik il-parti tal-proġett li mhijiex iffianzjata mill-Programm tal-UE. Saħaq li dan il-fond mhuwiex maħsub li jkopri l-ko-finanzjament kollu li trid toħroġ l-organizzazzjoni iżda għandu jservi ta’ għajnuna addizzjonali lil dawk l-għaqdiet li huma lesti li jidħlu għal proġett iżda ma jistgħux jilħqu għal kollox il-fondi mitluba.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn iż-żewġfondi għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.  Huwa ħeġġeġ lill-parteċipanti biex jagħmlu użu minn dawn il-fondi, li għalkemm mhumiex mingħajr limiti, żgur għandhom iservu ta’ għajnuna.  Tenna li l-organizzazzjonijiet li huma parti minn dan il-proċess ta’ konsultazzjoni qed iwettqu ħidma siewja għal ġid tas-soċjetà u għalhekk permezz ta’ dawn il-fondi l-Gvern qed ikompli jinkoraġixxi iktar parteċipazzjoni attiva.
Dott. Said tenna li fl-1 ta’ Settembru li ġejil-MEUSAC se jkun qed joffri s-servizzi tiegħu f’Għawdex permezz ta’ uffiċċju konġunt mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) immirat lejn il-kunsilli lokali, għadqiet mhux governattivi u s-settur privat.

Fl-indirizz tal-ftuħ il-Kap tal-MEUSAC, Dott. Vanni Xuereb semma wkoll l-għajnuna li qed jagħti l-MEUSAC lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz ta’ għajnuna teknika fil-mili tal-applikazzjonijiet għal proġetti taħt il-programmi ta’ fondi tal-UE.  Dott. Xuereb ta ħarsa lejn il-proċess ta’ konsultazzjoni li wettaq il-MEUSAC fl-aħħar sena.  Semma l-ħidma li twettqet fi ħdan il-Core Group u l-Kumitati Settorjali.  Tenna li l-MEUSAC twaqqaf biex joffri servizz kemm lill-Gvern kif ukoll lis-soċjetà ċivili, biex jiffaċilità d-disseminazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-UE u programmi ta’ fondi tal-UE waqt li jisma’ l-veduti tas-soċjetà ċivili. Il-Kap tal-MEUSAC saħaq li permezz tal-proċess ta’ konsultazzjoni għandna nfittxu mhux biss l-interess settorjali, iżda wkoll l-interess nazzjonali u dak Ewropew li fl-aħħar mill-aħħar isaħħaħ il-prinċipju bażi tal-UE, ċioè dak tas-solidarjetà li fuqu tinbena l-UE.

Waqt il-laqgħa kien hemm dibattitu dwaril-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fi ħdan il-Core Group u l-Kumitati Settorjali.  Issemma titjib li jista’ jsir għal komunikazzjoni aħjar bejn il-Kumitati Settorjali u l-Core Group u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fuq il-Core Group. Fost l-inizjattivi għal komunikazzjoni ġie suġġerit li aħjar jintuża s-sit tal-MEUSAC.  Il-parteċipanti qajmu l-punt dwar x’jiġri mill-proposti mressqa minn organizzazzjonijet tas-soċjetà ċivili lill-Gvern u fuq liema bażi jintgħażlu l-proposti li jiġu diskussi fi ħdan il-MEUSAC, waqt li kien suġġerit ukoll li tinħareġ aġenda dwar dak li jkun jkun propost u diskuss mill-Kummissjoni Ewropea.
Ġie mniedi wkoll Manwal għall-membrital-Kumitati Settorjali mmirat biex jgħin lill-membri tas-soċjetà ċivili jaħdmu aħjar bħala membri tal-Kumitati Settorjali.

L-applikazzjoni għal għajnuna finanzjarja taħt il-Fond għas-Soċjetà Ċivili għal organizzazzjonijiet eliġibbli għal perjodu Settembru 2009 – Awwissu 2010 hija miftuħa.  Il-formola tal-applikazzjoni kif ukoll il-kriterji ta’ eliġibbiltà jinsabu online fis-sit tal-MEUSAC: www.meusac.gov.mt/fme/299/default.aspx.  L-applikazzjoni tagħlaq fil-21 ta’ Awwissu 2009 f’nofsinhar.

Id-dettalji u l-applikazzjoni għall-fond ta’ ko-finazjament jinsabu fuq l-istess sit.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow