IL-PRIM IMĦALLEF U L-IMĦALLEF CUSCHIERI JATTENDU KONFERENZA DWAR IL-LIĠI TAL-FAMILJA FL-INGILTERRA
pr1329
04/08/2009
| Is-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef Vincent | De Gaetano u l-President tas-Sezzjoni tal-Familja tal-Qorti Ċivili, l-Onorevoli Mħallef Noel Cuschieri jinsabu r-Renju Unit biex jattendu konferenza internazzjonali dwar il-liġi tal-familja għall-ġuriżdizzjonijiet Common Law u tal-Commonwealth. |
| Il-Konferenza ta’ tlett ijiem, li ser tinżamm | f’Cumberland Lodge, Windsor, ser tittratta problemi li jinqalgħu bejn diversi ġuriżdizzjonijiet fl-applikazzjoni tal-liġi tal-familja b’referenza partikolari għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal kif ukoll il-Konvenzjoni tal-Aia ta’ l-1996 dwar il-protezzjoni tat-tfal. Il-Prim Imħallef u l-Imħallef Cuschieri qed jattendu din il-Konferenza bħala l-mistednin ta’ Sir Mathew Thorpe bħala kap ta’ International Family Justice għall-Ingilterra u Wales. |
| Sakemm idum barra minn Malta l-Prim Imħallef, | l-Onor. Imħallef Joseph Filletti ser ikun Aġent Prim Imħallef. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986