ŻEWĠ ABBOZZI TA’ LIĠIJIET RIGWARD IL-KOSTRUZZJONI BL-GĦAN LI JITJIEBU L-PRATTICI TAX-XOGĦOL BIEX JONQSU L-ĦSARAT U L-INKWIET TAL-ĠIRIEN
pr1327
03/08/2009
| F’konferenza tal-aħbarijiet | il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ħabbar li l-Kabinett għadu kemm approva żewġ abbozzi ta’ liġijiet rigward il-kostruzzjoni. Dawn huma l-Att dwar ir-Regolamenti tal-Bini (Building Regulations Act) u l-ħarsien tal-propjeta ta’ terzi waqt l-attivita tal-kostruzzjoni (Regulations on the Avoidance of Damage to Third party Property). L-Att dwar ir-Regolamenti tal-Bini għad irid jiġi diskuss u approvat mill-Parlament wara s-sajf. |
| Il-Ministru Pullicino saħaq li l-ewwel | regolamenti li ser jinħarġu taħt din il-liġi ser ikunu regolamenti maħsuba biex titħares il-propjeta ta’ terzi waqt l-attivita tal-kostruzzjoni (Regulations on the Avoidance of Damage to Third party Property). Dawn ir-regolamenti huma maħsuba biex il-propjeta’ ta’ terzi tiġi mħarsa aħjar waqt attivita’ ta’ Kostruzzjoni. |
| Dan hu propost li jsir billi kull min ser | jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni, ser ikun obbligat illi jipprepara method statement, jiġifieri dokument li jiddeskrivi kif ser isir ix-xogħol. Dan jiġi sottomess lill-Uffiċċju tal-Regolamenti tal-Bini fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali filwaqt li jkun aċċessibbli għall-pubbliku anki permezz tal-internet. Il-Pubbliku se jkollu l-faċilita’ li joġġezzjona għal xi żvillupp jekk iħoss li dan il-mission statement ma jipprovdix biżżejjed sigurta għal propjeta’ tagħhom F’ każijiet ta’ xogħlijiet li jinvolvu twaqqigħ ta’ binjiet u skavar, dan il-method statement se jkun ta’ importanza vitali, għax huwa l-aktar waqt attivita’ ta’ dan it-tip li hemm ċans ta’ xi ħsara fil-propjeta ta’ terzi. |
| La darba jidħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti, | l-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini ser ikollu l-poter iwaqqaf ix-xogħlijiet li jkunu għaddejjin jekk il-method statement ma jipprovdix biżżejjed sigurta għall-propjeta tat-terzi jew jekk saħansitra dan ma jkunx ġie sottomess. Dawn ir-regolamenti jipprovdu wkoll li se jkunu jistgħu jitwaqqfu x-xogħlijiet kemm-il darba l-kuntrattur ma jkunx qed jaħdem skont il-method statement sottomess. |
| Il-Ministru Pullicino spjega wkoll li obbligu | ieħor li ser jidħol f’dawn ir-regolamenti huwa dak tal-assigurazzjoni. Kull minn qed jagħmel xi xogħol ta’ bini irid ikun kopert permezz tal-assigurazzjoni. Peress li l-assigurazzjoni li tingħata ma tkoprix ċerti ħsarat relativament żgħar bħal konsenturi rqaq jew ħsarat fil-madum pereżempju tal-kamra tal-banju, ir-regolamenti jaħsbu għal żewġ miżuri. |
| L-ewwel illi fejn ikun hemm claims ta’ | terzi dawn jiġu riferuti għal arbitraġġ mandatorju flok ma jkun deċiż mill-Qorti. B’hekk it-terzi li jsofru ħsarat ikollhom deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr. It-tieni, l-iżvilupatur ser ikollu jagħmel Garanzija Bankarja. B’hekk f’każ ta’ ħsarat l-Uffiċċju tar-Regolamenti tal-Bini se jkun jista’ jagħmel il-ħlasijiet dovuti abbażi ta’ deċiżjoni tal-arbitraġġ. |
| Il-Ministru Pullicino sostna li l-għan ta’ dawn | ir-regolamenti huwa illi jitjiebu l-prattici ta’ xogħol biex b’hekk jonqsu il-ħsarat, jonqos l-inkwiet tal-ġirien u jonqsu l-kwistjonijiet li jispiccaw il-qorti. |
| Il-Ministru Pullicino fakkar li dawn | ir-regolamenti huma frott ta’ konsultazzjoni li saret matul ix-xhur li għaddew, kemm fil-Kunsill Konsultativ tal-Industrija tal-Bini (BICC) kif ukoll mal-pubbliku. Il-Ministeru rcieva numru tajjeb ta’ kummenti u suġġerimenti waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li permezz ta’ dan il-proċess sar ħafna titjib mill-ewwel abbozz tar-Regolamenti. Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil kull min ipparteċipa f’dan il-proċess, lill-pubbliku inġenerali, NGO’s, il-BICC u lill-Malta Insurance Association. |
| Il-Ministru Pullicino żied jgħid li dan huwa Att | illi juri l-impenn tal-Gvern biex ikun hemm titjib fl-istandards jew aħjar fil-kwalita’ tal-kostruzzjoni biex min qed jixtri l-binja jkollu garanzija ta’ xogħol serju u ta’ kwalita. Il-ħtieġa u l-bżonn li kontinwament naħdmu biex titjieb il-kwalita’ tal-kostruzzjoniji tal-bini hija fl-aħħar mill-aħħar għal-benefiċċju taċ-ċittadin, temm jgħid il-Ministru Pullicino. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986