Left arrow Mur Lura

OPEN DAY FIL-HYPERBARIC UNIT TAL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX

pr1326
Date Icon 03/08/2009
Għeluq is-sena li l-Hyperbaric Unitfl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bdiet tagħti s-servizzi tagħha ġiet organizzata open day li għaliha kienu mistiedna d-Diving Schools kollha ta’ Għawdex.
Numru sabiħ ta’ instructors u għaddasaattendew għal din l-open day li matulha ġew murija kif jaħdem l-apparat u ngħataw informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-kura li joffri. Dr Joseph Galea, it-tabib inkarigat, spjega kif dan l-apparat jintuża biex jikkura għaddasa li jsibu rwieħhom f’diffikulta’ u li jkollhom sintomi relatati mal-għadds.
Is-Sur Noel Attard, infirmier inkarigat, spjegakif taħdem din il-Unit u ta informazzjoni dwar kif inhuma l-proċeduri li jridu jiġu osservati biex għaddas li jkollu diffikultajiet jitwassal l-Isptar ta’ Għawdex kemm jista’ jkun malajr. Matul din iż-żjara, l-għaddasa u instructors preżenti kellhom l-opportunita’ li jidħlu fir-recompression chamber biex jieħdu esperjenza tal-apparat.
Preżenti għall-open day kien hemmil-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono li tkellmet mal-għaddasa dwar diversi aspetti li jirrigwardaw din l-industrija.
Il-Hyperbaric Unit inbniet u ġietattrezzata permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fondi Strutturali għas-snin 2004-2006 bħala parti minn proġett biex jippromwovi l-industrija tal-għadds f’Għawdex. Il-proġett kollu sewa s-somma ta’ 1.2 miljun ewro u kien jinkludi x-xiri u tindif ta’ żewġ vapuri li ġew mgħarrqa fix-Xatt l-Aħmar biex iservu ta’ attrazzjoni għall-għaddasa, kampanja ta’ pubbliċita’ f’rivisti speċjalizzati, taħriġ ta’ tobba, infermiera u technicians biex jagħtu l-kura relatata ma’ problemi kaġunati mill-għadds kif ukoll il-bini u attrezzar tal-Hyperbaric Unit.
Il-ħtieġa ta’ Hyperbaric Unit f’Għawdexkienet ilha tinħass peress li f’każijiet ta’ emerġenza, l-għaddasa kienu jiġu trasportati għall-kura f’Malta b’dewmien ta’ ħin li huwa ta’ detriment għas-saħħa tal-pazjent. Fl-istess ħin il-fatt li jeżistu faċilitajiet ta’ kura fuq il-gżira stess iservi ta’ pubbliċita’ pożittiva għal Għawdex fost l-għaddasa.
Matul din is-sena li għaddiet ir-recompressionchamber intużat ukoll regolarment biex tagħti trattament ta’ ossiġnu lil pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Fil-fatt kien hemm pazjenti li kisbu riżultati pożittivi wara li ġew trattati f’dan il-Unit li evitalhom kumplikazzjonijiet gravi. S’issa l-Unit intużat tliet darbiet f’każijiet ta’ emerġenza relatati mal-għadds.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow