Left arrow Mur Lura

PREZZIJIET TAL-ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN – AWWISSU 2009

pr1325
Date Icon 03/08/2009
B’referenzagħall-Press Release Nru. 1298, ta’ nhar it-Tlieta 28 ta’ Lulju 2009, dwar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li jidhru hawn taħt, huwa kif ġej:-
(i)5% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2021 (I) – Fungibility Issue bi prezz ta’ € 101.75 b’YTM ta’ 4.81%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.86%,
(ii)3.6% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2013 (IV) – Fungibility Issue bi prezz ta’ €100.25 b’YTM ta’ 3.53%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.56%.
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar l-Erbgħa, 5 ta’Awwissu 2009 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’:
(i)f’nofsinhar is-Sibt, 8 ta’ Awwissu 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna,
(ii)f’nofsinhar it-Tlieta, 11 ta’ Awwissu 2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand, il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provedituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor, http://www.treasury.gov.mt/.

Aktar tagħrif dwar l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor, http://www.treasury.gov.mt/

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow