Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1323
Date Icon 01/08/2009

L-Oppożizjoni tipprova tfixkel lill-Gvern biex timpika mal-poplu

Il-kelliem tal-Partit Laburista dwar il-MEPARoderick Galdes qiegħed jibqa’ jinsisti li hu għandu raġun minkejja li waqt il-laqgħa ta’ nhar il-Ħamis il-membri fil-Bord tal-MEPA, ħliefu, ivvutaw biex jitwaqqa’ l-Oil Depot fil-Kalkara.  L-Oil Depot se jitwaqqa’ biex tinkixef is-sħubija tas-swar tal-Birgu u dan se jsir fuq il-parir tal-esperti.  It-twaqqiegħ tal-bini li jkerrah din il-parti tal-Kottonera, hu parti minn proġett kbir ta’ restawr li l-Gvern imbarka fuqu b’fondi tal-Unjoni Ewropea.  Il-proġett se jsir b’fondi tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjoni għal dan il-proġett saret fuqil-parir tal-Unit tar-Restawr fil-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, fuq il-ħila u l-kapaċita’ teknika tagħhom bl-appoġġ tas-Suprentendent tal-Fortifikazzjonijiet Dr. Stephen Spiteri.  Flimkien ma’ din l-istqarrija qed jiġu mehmuża r-raġunijiet li ta s-Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet favur dan il-proġett.
F’aktar raġunijiet favur il-proġett il-HeritageAdvisory Committee tal-MEPA qal li l-fortifikazzjonijiet għandhom jieħdu prijorita’ fuq din il-binja industrijali – l-Oil Depot - u ma jsib l-ebda oġġezzjoni li dan il-bini jitwaqqa’ sakemm ikun dokumentat.  Is-Suprentendent qal ukoll li t-travi tal-binja huma mdaħħla direttament ġol-ħitan tas-swar u dawn kienu qed jagħmlu ħsara lil dawn is-swar.
Għalkemm Roderick Galdes kien l-uniku wieħedfil-Bord tal-MEPA li vvota kontra t-twaqqiegħ ta’ dan il-bini li qed ikerrah id-dehra tas-swar u l-esperti huma favur it-twaqqiegħ, Galdes qiegħed jinsisti li hu biss għandu raġun u li ħaddieħor, qegħdin fl-iżball.  Dan hu sinjal ta’ arroganza tad-deputat laburista.
Għal darb’oħra d-deputat laburista ivvota kontraproġett li se jsir b’fondi tal-Unjoni Ewropea.  Din mhix l-ewwel darba li l-Partit Laburista prova jtellef fondi tal-Unjoni Ewropea lil Malta.

F’okazzjonijiet oħra u b’mod sistematiku:

  • Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat ried li jiġu ffriżati l-fondi li l-Unjoni Ewropea allokat lil Malta għall-proġett tat-trattament tal-iskart. 
  • Id-deputat laburista Roderick Galdes kien ukoll ivvota kontra proġett għall-immaniġjar aħjar tal-iskart f’Għawdex. 
  • Il-Kunsill Lokali mmexxi minn maġġoranza laburista fix-Xewkija kien prova jagħmel battalja legali fil-Qorti biex ma jsirx ic-Civic Amenity Site f’Għawdex li fiha jinġabar skart biex jiġi riċiklatt. 

L-oppożizzjoni laburista qed tfittex kull okkazjoni possibli biex tagħmel il-bsaten fir-roti.  Il-mentalita’ tal-oppożizzjoni li hi tipprova twaqqaf proġetti li jagħmel il-Gvern li jkunu ta’ benefiċċju għal pajjiżna u għal Maltin u l-Għawdxin. 

L-Oppożizzjoni qed timpika mal-poplu Malti.  Minkejja x-xkiel tal-oppożizzjoni, il-pubbliku u dawk li jżuru pajjiżna se jkunu jistgħu jaraw u japprezzaw aktar il-kobor u l-ġmiel tas-swar kif kienu orġinarjament mibnija.

Tul il-proċess tal-applikazzjoni quddiem il-MEPAgħat-twaqqiegħ tal-Oil Depot, l-oppożizzjoni ma resqet l-ebda oġġezzjoni iżda issa fil-Bord tal-MEPA id-deputat laburista ivvota kontra u wara l-pariri pożittivi tal-esperti qed jgħid li għandha tgħaddi tiegħu għaliex hu għandu raġun u mhux l-esperti u l-kumplament tal-membri.  Dan hu kas ta’ prużunzjoni jew ta’ pika politika.
Flimkien ma’ din l-istqarrija qed jiġuppubblikati ritratt tal-bini kif inhu u immaġini ta’ kif se jidher is-sur bit-twaqqif ta’ din il-binja industrijali u li l-oppożizzjoni laburista qed tgħid li għandha tibqa’ hemm.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow