Left arrow Mur Lura

Seminar għall-kowċis li jaħdmu mat-tfal u żgħażagħ fil-programmi offruti mill-Kunsill Malti għall-Isport

pr1320
Date Icon 01/08/2009
Bl-iskop li tkompli tiżdied il-professjonalitàfil-programmi li joffri l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS), matul in-nofs ta’ nhar ta’ fil-għodu tas-Sibt, ġie organizzat seminar ta’ taħriġ għall-kowċis li jaħdmu mat-tfal u ż-żgħażagħ waqt il-programmi offruti mill-KMS.
Għal ftuħ ta’ dan is-seminar, attenda is-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli. Is-Segretarju Parlamentari beda billi sellem lil Clifford Micallef, iċ-Ċiklista li aktar kmieni din il-ġimgħa tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku. Clyde Puli qal li dan il-persuna kien jaħdem b’mod kontinwu biex ikompli itejjeb il-kwalità tal-isport Malti.
Is-Segretarju Parlamentari semma kif kowċjilgħab parti integrali fl-iżvilupp tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, Dan għaliex minbarra li jgħin fit-taħriġ tagħhom ikun qed jgħinhom jibnu karattru sod u dixxiplinat.
Clyde Puli sostna li l-kowċ irid ikun preżentidejjem mhux biss biex jgħallem il-ħiliet bażiċi u t-teknika neċessarja, iżda wkoll irid jgħin liż-żgħażagħ biex jaħarbu mill-perikli. Hu sostna li sfortunatament il-problema tad-droga daħlet sew u għalhekk dan iżid ir-repsonsabilità fuq il-kowċis, għaliex iridu jkunu attenti aktar biex jevitaw il-problema minn kmieni. Għaldaqstant il-kowċ irid jagħraf jagħti l-pariri meħtieġa u fejn hu meħtieġ jirrikorri għand l-esperti. Bl-iskop li din il-problema tkompli tkun miġġielda fil-Parlament, dalwaqt ser tiġi ppreżentata liġi dwar id-doping fl-isport.
Fid-diskors tas-Segretarju Parlamentari ħareġukoll il-fatt, li kowċ huwa role model għat-tfal u l-atleti li jkunu qed jittrenjaw miegħu. Għaldaqstant, kowċ, irid jifhem il-personalità ta’ dawk li qed iħarreġ, jifhem l-abbiltà tagħhom, l-imġieba tagħhom kif ukoll id-dgħufijiet tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, temm id-diskorstiegħu  billi ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jgħinu ħalli l-isport ikun ifisser proċess edukattiv ta’ kwalità.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow