Left arrow Mur Lura

MAĦTUR IL-BORD TAL-ORKESTRA FILARMONIKA NAZZJONALI

pr1318
Date Icon 31/07/2009

Dr. James Scerri Worley hu ċ-Chairman il-ġdid tal-Bord tad-Diretturi tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Bħala Deputat Chairperson inħatret Dr. Maria Frendo.

Il-membri l-oħra tal-Bord huma:  Ms. Jacqueline Camilleri, Ms. Cynthia Caruana Turner, Ms. Sahra Spiteri, Dr. Joseph Camilleri, u Mr. Franco Valletta.  Is-Segretarja tal-Board hi Ms. Jean Killick.

Dr. James Scerri Worley hu avukat u għandu 30 sena.  Hu gradwat fil-Liġi u fil-Mużika.  Hu kiseb Masters fis-Servizzi Finanzjarji.

Meta kien għad kellu 4 snin beda jistudja l-vjolin u kiseb numru ta’ Diplomi fil-Mużika, fosthom Liċenzjat fid-Daqq tal-Vjolin mil-London College of Music filwaqt li fl-Universita’ ta’ Malta studja l-istorja tal-muzika, il-kompożizzjoni, d-direzzjoni mużikali, l-armonija u l-kontrapunt. Dr. Scerri Worley ilu fil-Bord tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali mill-2008.

Mro. Michael Laus se jibqa’ Direttur Residenti tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali filwaqt li Mro. Joseph Vella nħatar bħala Kompożitur Residenti tal-istess Orkestra.

Filwaqt li ħatret il-Bord il-ġdid, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolres Cristina irringrazzjat lis-Sur Lino Attard, ex Chairman tal-Orkestra u membru oħra li servew fuq l-istess Bord għal numru ta’ snin, is-servizz li taw biex l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali kompliet miexja ‘l quddiem u tikseb suċċessi fil-ħidma tagħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow