L-AMBAXXATURI MALTIN IŻURU FABBRIKI LOKALI F'EŻERCIZZJU GĦAT-TKATTIR TAL-INVESTIMENT BARRANI
L-Ambaxxaturi Maltin matul il-Konferenza li saret f’dawn it-tlett ijiem żaru ħdax-il kumpanija minn industriji varji sabiex flimkien mal-ħidma tal-gvern u tal-privat iġibu iktar investiment lejn Malta.
Il-konferenza annwali tal-Ambaxxaturi Maltin kellha fost it-temi principali tagħha l-ħolqien tax-xogħol u l-attrazzjoni ta’ iktar investiment barrani lejn Malta. Ġie spjegat kif l-Ambaxxati huma kruċjali biex jgħinu 50 kumpanija fix-xahar li juru l-interess li jinvestu f’Malta. Sabiex il-ħidma tagħhom f’dan is-settur tkompli tissaħħaħ, fil-programm ta’ din il-konferenza, is-27 Ambaxxatur ittieħdu fi 11-il kumpanija minn industriji li fihom jitħaddmu mijiet ta’ ħaddiema b’investimenti kbar ta’ miljuni ta’ ewro fis-sena.
L-Ambaxxaturi tkellmu mal-ħaddiema u mas-sidien tal-kumpaniji. Dan igħin sabiex jifhmu iktar ix-xewqat tal-ħaddiema Maltin u jgħarfu fejn jistgħu jkunu ta' għajnuna għas-sidien tal-kumpaniji Maltin biex jinvestu iktar b’riżultat li jinħolqu aktar impjiegi.
Din il-ħidma saret flimkien mal-Malta Enterprise u l-kumpaniji li ttieħdu fihom l-ambaxxaturi huma: Rimus Riley, New Energy, Actavis, Playmobil, Lewis Press u Medichem. S.A.W. lLd., Baxter, Methode, Gutenberg, New Energy u Toly.
Il-fabbriki li ttieħdu fihom huma eżempju tad-dedikazzjoni tal-ħaddiema Maltin, u tas-sens imprenditorjali li bis-saħħa t’hekk jinħolqu iktar opportunitajiet ta’ investiment u ideat ġodda li jistgħu jiġu promossi barra minn Malta. Il-11-il kumpanija li ttieħdu fihom l-Ambaxxaturi stqarrew li minkejja d-diffikultajiet li qed jaffaċċjaw is-swieq barranin minħabba l-kriżi ekonomika dinjija, dawn id-diffikultajiet qed jaħdmu biex jibdluhom f’opportunita’.
Il-kumpaniji sostnew li bis-sħubija ta’ Malta fl-unjoni Ewropea u bid-dħul ta’ Malta fiz-zona ewro, kellhom possibbiltajiet ġodda biex jinvestu f’iktar swieq barranin. Fehmu kif qed issir iktar enfażi fuq ir-riċerka u l-iżvilupp tal-prodotti tagħhom. F’dan l-aspett huma stqarrew li qed jisfruttaw il-fondi li jistgħu jagħmlu użu minnhom mill-Unjoni Ewropea
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Malta Enterprise qed iħejji delegazzjonijiet kummerċjali fil-Qatar u l-Indja, kif sar is-sena li għaddiet fil-Portugal, fl-Ukraina, u kmieni din is-sena fil-Polonja. Fl-istess waqt biex ikun iffaċilitat iktar l-investiment, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qiegħed dejjem iktar itejjeb il-ħidma tiegħu biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' ħruġ ta' visas.
Il-Viċi Prim Ministru u Minsitru tal-Affarijiet Barranin qal li l-Ambaxxati huma riżorsa umana li għandha Malta f'pajjiżi differenti li għandna nagħrfu nużaw b'għaqal. Għaldaqstant il-Ministeru għaddej b’eżerċizzju sabiex l-Ambaxxati jkunu iktar viċin in-nies u ta’ għajnuna għalihom. Għal dan il-għan, in-nies jistgħu jfittxu l-informazzjoni fuq l-Ambaxxati fil-website tal-Ministeru stess, www.foreign.gov.mt, li fiha inħolqot sistema ta’ websajts tal-ambaxxati stess bid-dettalji dwarhom.
Waqt din il-konferenza, iċ-Chairman tal-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, il-Professur Joseph Bannister stqarr li Malta mistennija tibqa’ żżomm l-istess rata ammont ta’ kumpaniji ġodda li jirreġistraw f’pajjiżna matul-l-2009 meta mqabbla mal-2008.
Intant f’din il-konferenza sar magħruf ukoll li biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-Ambaxxati f’dan il-qasam, il-Malta Enterprise se tkun qed tiftaħ unit biex jintuża mill-Ambaxxaturi u l-Konsli barranin li jixtiequ jistaqsu dwar l-investimenti f’Malta.
Il-fatt li qed isir sforz qawwi sabiex il-politika barranija ta' pajjiżna tirrifletti l-ħtieġa tas-sidien tan-negozji Maltin hija wegħda oħra elettorali ta' dan il-Gvern li qeda tiġi mwettqa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986