Left arrow Mur Lura

JIBDA L-ISTAĠUN TAT-TADAM

pr1315
Date Icon 31/07/2009

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar għalqa fejn fiha beda jsir il-qtugħ tat-tadam. Dan is-settur qiegħed kull ma jmur itejjeb l-effiċjenza tiegħu biex jipprovdi prodott ta’ kwalita’ irrimarka l-Ministru Pullicino.

Il-Ministru Pullicino fakkar li l-Gvern wera li fehem l-importanza li dan is-settur ikun f’pożizzjoni li jagħmel ir-ristruttar meħtieġ, meta ta’ d-direzzjoni għat-twaqqif tal-Għaqdiet tal-Produtturi fl-ewwel Pjan għall-Izvilupp Rurali 2004/2006. Kull għajnuna li qed tingħata, kemm dik mill-Unjoni Ewropea kif ukoll dik mill-Gvern Malti, tirrifletti t-titjib li qiegħed isir fil-metodi tal-kultivazzjoni, fil-kwalita’ tat-tadam u fl-effiċjenza fil-produzzjoni tant li fis-sena 2008 ġie proċessat għall-għasir madwar 9,500 tunnellata ta’ tadam.

Apparti l-għajnuna finanzjarja, l-Gvern se jibqa’ għaddej ukoll b’għajnuna oħra importanti li hija l-promozzjoni u l-għarfien dwar il-prodott frisk lokali.  Il-Kumitat li twaqqaf biex jppromwovi l-prodott frisk lokali, ħejja numru ta’ attivitajiet mifruxa fuq is-sena kollha biex jippromwovu l-prodotti lokali, inkluż it-tadam, liema festa sejra ssir propju għada s-Sibt 1 t’Awwissu fil-lokalita’ ta’ San Lawrenz f’Ghawdex.

Il-Ministru Pullicino rrefera wkoll għat-Tuta absoluta, li huwa organiżmu li beda jinfirex fi żminijiet riċenti. Ġie interċettat f’pajjiżi bħal Spanja (fl-2006), fl-Italja, fl-Olanda, Franza u Tuneż. Ġie rrapurtat għall-ewwel darba f’Malta, f’April 2009.  Is-sitwazzjoni u l-firxa ta’ din il-baħrija żgħira f’Malta qed tiġi studjata mid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti. Wara li nstab dan l-insett fil-bidu tal-istagun tal-kultivazzjoni tat-tadam il-Gvern ħa azzjoni immedjata, billi immedjatament, wara konsultazzjoni mal-Plant Protection Board, inħarġu linji gwida biex jiġi kkontrollat dan l-insett. Saru numru ta’ laqgħat kemm dirett mal-bdiewa kif ukoll permess tal-PO’s 

Minħabba ċirkustanzi staordinarji li ġew ikkawżati mill-marda tat-tuta absoluta fuq it-tadam għall-ipproċessar, l-Għaqda tal-Produtturi tat-Tadam u d-Dipartiment tal-Agrikoltura qablu li jħaddmu proċeduri u kontrolli waqt li jkun qiegħed jintgħażel it-tadam għall-ipproċessar.  Fost dak li ġie miftiehem insibu li l-Produtturi qed jiġu mitluba jieħdu t-tadam għall-għasir lill-Għaqda tagħhom; wara dan il-PO twettaq eżerċizzju fejn tagħżel u tiċċertifika t-tadam tajjeb sabiex jgħaddi għand il-proċessur filwaqt li twarrab dak it-tadam li għandu jinqered. It-tadam il-ħazin jinqered mill-kumpanija Wasteserv.

Il-Ministru Pullicino qal ukoll li l-Ministeru fassal ukoll programm ta’ għajnuna finanzjarja biex jingħata lill-bdiewa li l-għelieqi tagħhom intlaqtu minn din il-marda. Il-bdiewa li qed ikollom jeqirdu t-tadam fil-post qabel ma eventwalment jaqtgħuh qed jingħataw 30% tas-sussidju globali, dawk il-bdiewa li jkunu daħħlu tadam tajjeb jieħdu s-sussidju kollu filwaqt li tat-tadam li waqt il-quality check jiġi mwarrab dawn jieħdu 50 %.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow