Left arrow Mur Lura

MĦABBRA SKEMA TA’ XOGĦOL FIL-KOMUNITÀ OBBLIGATORJA GĦAL MIN QED JIRREĠISTRA GĦAX-XOGĦOL

pr1313
Date Icon 31/07/2009

L-Onor. John Dalli, Ministru għall-Politika Soċjali, dalgħodu nieda uffiċjalment skema biex persuni li ilhom fuq ir-reġistru tal-qgħad għal żmien twil (ħames snin jew aktar) jibdew jagħmlu xogħol fil-kommunità. 

Waqt il-preżentazzjoni ta’ din l-iskema, il-Ministru sostna li din l-iskema għandha diversi għanijiet fosthom li terġa’ ddaħħal fid-dinja tax-xogħol persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal perjodu ta’ żmien. Għan ieħor ta’ din l-iskema hu biex ikomplu jonqsu l-abbużi. Hawnhekk il-Ministru elenka x-xogħol siewi li tagħmel l-ETC biex tnaqqas kemm jista’ jkun dawn l-abbużi, u semma kif din l-iskema se sservi ta’ għodda essenzjali fit-trażżin ta’ dawn l-abbużi li jwasslu għal abbużi kbar fis-sistema sħiħa tas-siġurtà soċjali. 

Il-Ministru Dalli qal li b’din l-iskema nkunu wkoll qed ngħinu lil dawk in-nies li ilhom jirreġistraw u ġenwinament qed isibu diffikultà biex jaħdmu. Għal dawn in-nies aktar ma jgħaddi ż-żmien kienet qed issir aktar diffiċli biex isibu mpjieg minħabba li jkunu ilhom maqtugħin mid-dinja tax-xogħol - għalhekk dan il-proġett se jkun qed jinvolvi lil dawn in-nies u jerġa’ jintegrahom fid-dinja tax-xogħol. Bl-għajnuna ta’ din l-iskema dawn in-nies se jkunu mhux biss qed itejbu l-ħiliet tagħhom iżda l-persuna ma tibqax biss dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali iżda tingħata xi ħaġa tal-flus ukoll.  

Il-partecipanti se jkunu qed jagħmlu 30 siegħa xogħol fil-ġimgħa. Kull persuna magħżula biex tipparteċipa f`din l-iskema se tkun qed tagħmel 780 siegħa xogħol  kull darba li tigi magħżula.  

Għal dan, il-parteċipanti se jkunu qed jieħdu ta` dan ħlas addizzjonali li meta miżjud mal-benefiċċju tal-qgħad jigi jammonta għal 75% tal-paga minima nazzjonali. 

Filwaqt li l-ħlas tal-benefiċċji se jibqa` jsir kull ġimgħa, id-differenza fil-ħlas se tibda tingħata kull ħmistax skont is-sieghat li jkun ħadem l-individwu li iżda ma jaqbżux it-tletin siegħa stabbiliti imma li jistgħu jkunu anqas minħabba f`raġunijiet fuq imsemmija. 

Din l-iskema hi obbligatorja għaldaqstant dawk li jirrifjutaw li jipparteċipaw mingħajr raġuni valida jew li ma jsegwux l-ordnijiet mogħtija lihom jiġu maqtugħa mir-reġistru tal-qgħad u jitilfu l-benefiċċju tal-qgħad skont il-liġi. 

Skont il-lista’ ta’ Novembru 2008, in-numru ta’ persuni li jaqgħu taħt din il-kategorija kien ta’ 373 reġistrant –  ( 340 ragel, 33 mara ) li minnhom 288 kienu f’Malta u 85 f’Għawdex. 

Għalhekk ġie deċiż li għall-ewwel sitt xhur mill-bidu tat-tħaddim ta` din l-iskema, jinbeda proġett pilota li fih se jkunu qed jipparteċipaw 100 persuna. 70 se jkunu f`Malta u 30 f`Għawdex. It-tqassim sar 70 ma` 30 biex jinżamm il-proporzjon  tal-288 li hawn f`Malta mal-85 li hemm f`Għawdex.  

Bħala rispons minn entitajiet kien hemm b`kollox  63 entita` li wieġbu għall-avviż li deher fuq il-ġurnali u dawn kienu mqassma kif ġej:  

Kunsilli Lokali Malta :48 Kunsill
Kunsilli Lokali Għawdex :12 –il Kunsill
NGO`s :3 NGO`s

Il-parteċipanti ġew imqassma b’tali mod li ma jkunux qed jaħdmu fil-lokalita’ tagħhom u ma jkollhomx għalfejn jirkbu aktar minn karozza tal-linja waħda.  

Biex tibda taħdem din l-iskema saru laqgħat estnsivi mal-parteċipanti u mal-Kunsilli Lokali u NGOs. Ħarġet ukoll tender għas-servizz ta` moniteraġġ tal-iskema b`rikjesti speċifiċi li ġew imfassla mill-Bord responsabbli. Sitt spetturi minn kumpanija privata se jkunu qed jagħmlu mitt spezzjoni fil-ġimgħa u dan fuq struzzjonijiet speċifiċi li jkun għaddielhom il-Bord responsabbli kull ġimgħa.

Il-Ministru Dalli kkonkluda billi elenka kif din is-sistema se tagħmel ġustizzja ma’ min ilu jfittex impjieg u għal xi raġuni jew oħra ma jistax isib u ġustizzja wkoll mas-soċjetà inġenerali peress li issa s-soċjetà se tkun qed tieħu lura xi ħaġa wkoll. Il-Ministru spjega wkoll kif fil-futur din l-iskema se tkun mifruxa fuq kull min qed jirreġistra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow