Stqarrija mill-Ministeru għall-Politika Soċjali b’reazzjoni għall-azzjonijiet industrijali tal-UĦM
Illum il-Union Haddiema Maghqudin (UHM) ordnat azzjoni industrijali ta’ siegħa għall-ħaddiema li jaħdmu fil-Medical Imaging Department u fis-Central Sterile Services Department. Jidher li dan hu bidu ta’ sensiela t’azzjonijiet industrijali oħra għaliex skont il-UĦM hekk irid isir ‘sabiex il-Ministeru jagħti widen għat-talbiet tal-ħaddiema konċernati’. F’dan il-kaz, il-fatti huma ghal kollox differenti. Li kieku dan il-process ma sabx l-ostakoli li holqot l-istess Union, kieku ilu lest ix-xhur.
Dan l-appell aħjar li tagħti kasu l-Union stess u ma tkomplix toħloq tbatija bla ħtieġa għal pazjenti fl-aktar ħin li jkunu vulnerabbli.
Il-Ministeru onora, qiegħed jonora, u se jibqa’ jonora l-ftehim kollha li hemm għall-ħaddiema kollha f’dan is-settur.
Pero’ l-akbar obbligu li għandu l-Ministeru hu lejn il-pazjent u lejn il-poplu kollu inġenerali.
Il-Union taf tajjeb ir-raġunijiet għaliex ċerti ħaddiema li qed jippretendu li jieħdu €1150 allowance ma ħaduhomx, Dan għaliex il-Union ġiet infurmata bihom permezz t’ittra indirizzata lis-Sur Gejtu Tanti u li ġġib id-data tal-21 ta’ Lulju 2009. Kopja ta’ din l-ittra qed tkun mehmuża ma din l-istqarrija.
Għalhekk l-azzjonijiet li ser jittieħdu u li skont il-Union stess tistqarr li ‘sfortunatament jistgħu jintlaqtu numru t’operazzjonijiet’ huma inġusti.
Il-proċess kollu ta’ kif intghazlu dawk li huma ntitolati ghal din l-allowance sar b’konsultazzjoni sħiħa mal-Union
Jekk il-Union tassew temmen li l-management qiegħed b’xi mod jikser xi ftehim jew trid tinforza interpretazzjonijiet differenti fil-ftehim, hemm rimedji oħra fejn dawn jistgħu jiġu mressqa u deċiżi. L-azzjonijiet industrijali li fuq kollox ser jolqtu lill-pazjenti, jekk jittieħdu, jittieħdu biss bħala l-aħħar att u mhux qabel.
Il-management qgħad attent li josserva l-ftehim imsemmi b’attenzjoni.
Qeghda tigi ppublikata wkoll ittra li baghat il-Ministru Dalli lill-UHM.
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986