DISKORS TAL-ONOR. MARIO GALEA, segretarju parlamentari ghall-anzjani u kura fil-komunita’, WAQT ZJARA FIL-block Ġdid – Ġwanni Pawlu II fiR-RESIDENZA ST VINCENT DE PAULE – Luqa - 30 ta’ Lulju 2009
Huwa pjaċir għalija li nilqagħkhom hawn illum. Binja li sa ftit tax-xhur ilu kienet vojta u mingħajr ebda faċilita’. Dak li qed taraw hawnhekk mhuwiex biss bini imma huwa il-committment tal-Gvern lejn l-anzjani.
Kif se taraw minn hawn u ftit ieħor dan huwa bini li illum huwa faċilita aċċessibbli għal kulħadd, naturalment l-aktar għall-anzjani batuti. Is-Swali huma mgħammra b’servizzi moderni u b’faċilitajiet adegwati. Ingħatat attenzjoni għall-ambjent imma wkoll għall-ewwel darba f’pajjiżna se jkollna ward disinjata apposta għall-dawk li għandhom id-dementia.
Ħa taraw tlett sulari b’48 sodda f’kull sular għal total ta 144 sodda. Din il-faċilita hija mgħammra b’sistema ta’ arja kundizzjonata u tlett liftijiet kif ukoll b’sistema ta’ nurse call.
Fost oħrajn hawnekk se taraw:
· Kamra tal-banju ensuite ma kull kamra
· 6 atriums li jservu bħala dining rooms u activity areas
· 8 staff rooms
· 4 nursing stations
· Kamra għat tabib u oħra għall-konsulent
· Laundry chutes
· 4 treatment rooms
· 4 pantries
· 3 sluice rooms
· 2 btieħi kbar fejn l-anzjani jistgħu jgħaddu xi ħin fl-apert
Fil-bidu semmejt l-ambjent. Fil-fatt ħadna diversi miżuri ambjentali…fost dawn hemm:
· l-użu ta’ ħġieġ doppju – magħruf bħala double glazing biex iservi ta’ insulation
· twaħħlu twieqi kbar biex jonqos il-bżonn ta’ dawl artifiċjali fil-ħinijiet tax-xemx
· sistema li permezz tagħha se jintuża ilma tax-xita kemm għat-tisqijja u wkoll tifi ta’ nar f’każ ta’ emerġenza
Użajna wkoll sistemi moderni li se jgħinuna nagħtu servizz aħjar li, iżda, inaqqsu l-ispejjez.
Użajna bozoz energy saving kif ukoll sistema li tissejjaħ power factor correction system – li hija sistema innovattiva li tnaqqas il-konsum tad-dawl għal-livelli minimi. Permezz ta’ dawn iż-żewġ miżuri se nnaqqsu l-konsum tad-dawl bi 80 fil-mija.
Użajna sistema ta’ arja kundizzjonati effiċjenti ħafna – magħrufa bħala VRF – Variable Refrigiration Flow, kif ukoll heat recovery units. Huwa antiċipat li permezz ta’ din is-sistema se niffrankaw madwar 25 fil-mija oħra fuq il-konsum tad-dawl.
Użajna wkoll sistema magħrufa bħala BMS – Building Management System, li tieħu ħsieb li tbaxxi u anke titfi d-dawl waħeda meta fil-kmamar ikun hemm biżżejjed dawl naturali jew inkella l-kmamar li ma jkunux qed jintużaw.
Interessanti li meta tieħu dawn il-miżuri kollha f’daqqa qed nikkalkulaw li se jiġu ffrankati €64,000 fis-sena mill-konsum tal-elettriku, u waqt li nagħmlu dan inkunu qed inħarsu aktar l-ambjent.
Iżda l-aktar miżura promimenti ċertament li hija is-sala li hija attrezzata b’faċilitajiet intiżi għall-persuni li jbatu mid-dementia. Din hija l-ewwel sala ta’ dan it-tip f’pajjiżna u li hija bbażata fuq pariri li ngħatawlna mill-Universita’ ta’ Stirling fl-Iskozja.
Fost oħrajn f’dan il-ward se naraw:
· Bibien li huma colour coded u li allura jagħmluha aktar faċli għal dak li jkun li jagħraf il-kamra tiegħu
· Se jitwaħħlu wkoll ritratti tar-residenti mal-ħajt
· U l-kmamar tal-banju huma wkoll immarkati kemm b’kulur kif ukoll b’tabelli li jindikaw x’inhuma l-affarijiet jew l-aċċessorji fil-kamra.
Il-ħsieb ta’ dawn l-inizjattivi kollha jduru mal-persuna tal-anzjan u l-bżonnijiet differenti li l-anzjan ikollu. Aktar min hekk qed nimmiraw li nagħtu post kemm jista jkun komdu għar-residenti li se jgħixu fiħ. Dan kollu hu messaġġ ta’ kemm il-qasam tal-anzjani qiegħed jingħata aktar importanza. L-isem ta’ dan il-blokk – Ġwanni Pawlu II – ifakkarna wkoll f’papa kbir, mexxej ammirat mad-dinja kollha. Meta ssemmi lil dan il-Papa, l-ewwel stampa li tiġik f’moħħok hija dik ta’ raġel xwejjaħ, iżda li kellu r-rispett ta’ miljuni ta’ persuni. Dan ir-raġel ir-rispett ħadem għaliħ….eżatt bħal m’għamlu l-anzjani tagħna.
Aħna nemmnu li l-anzjan għandu d-dritt għar-rispett u d-dinjita’. U proprju permezz ta’ dan il-proġett, u oħrajn li se ninawguraw aktar il-quddiem, dak li nemmnu qed ngħiduħ mhux biss bil-kliem, imma bil-fatti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986