Left arrow Go Back

DISKORS TAL-ONOR. MARIO GALEA, segretarju parlamentari ghall-anzjani u kura fil-komunita’,  WAQT ZJARA FIL-block Ġdid – Ġwanni Pawlu II fiR-RESIDENZA ST VINCENT DE PAULE – Luqa - 30 ta’ Lulju 2009

pr1309
Date Icon 30/07/2009

Huwa pjaċir għalija li nilqagħkhom hawn illum.  Binja li sa ftit tax-xhur ilu kienet vojta u mingħajr ebda faċilita’.  Dak li qed taraw hawnhekk mhuwiex biss bini imma huwa il-committment tal-Gvern lejn l-anzjani.  

Kif se taraw minn hawn u ftit ieħor dan huwa bini li illum huwa faċilita aċċessibbli għal kulħadd, naturalment l-aktar għall-anzjani batuti.  Is-Swali huma mgħammra b’servizzi moderni u b’faċilitajiet adegwati.  Ingħatat attenzjoni għall-ambjent imma wkoll għall-ewwel darba f’pajjiżna se jkollna ward disinjata apposta għall-dawk li għandhom id-dementia.  

Ħa taraw tlett sulari b’48 sodda f’kull sular għal total ta 144 sodda. Din il-faċilita hija mgħammra b’sistema ta’ arja kundizzjonata u tlett liftijiet kif ukoll b’sistema ta’ nurse call.  

Fost oħrajn hawnekk se taraw: 

·        Kamra tal-banju ensuite ma kull kamra

·        6 atriums li jservu bħala dining rooms u activity areas

·        8 staff rooms

·        4 nursing stations

·        Kamra għat tabib u oħra għall-konsulent

·        Laundry chutes

·        4 treatment rooms

·        4 pantries

·        3 sluice rooms

·        2 btieħi kbar fejn l-anzjani jistgħu jgħaddu xi ħin fl-apert   

Fil-bidu semmejt l-ambjent.  Fil-fatt ħadna diversi miżuri ambjentali…fost dawn hemm: 

·       l-użu ta’ ħġieġ doppju – magħruf bħala double glazing biex iservi ta’ insulation

·       twaħħlu twieqi kbar biex jonqos il-bżonn ta’ dawl artifiċjali fil-ħinijiet tax-xemx

·       sistema li permezz tagħha se jintuża ilma tax-xita kemm għat-tisqijja u wkoll tifi ta’ nar f’każ ta’ emerġenza 

Użajna wkoll sistemi moderni li se jgħinuna nagħtu servizz aħjar li, iżda, inaqqsu l-ispejjez. 

Użajna bozoz energy saving kif ukoll sistema li tissejjaħ power factor correction system – li hija sistema innovattiva li tnaqqas il-konsum tad-dawl għal-livelli minimi.  Permezz ta’ dawn iż-żewġ miżuri se nnaqqsu l-konsum tad-dawl bi 80 fil-mija.  

Użajna sistema ta’ arja kundizzjonati effiċjenti ħafna – magħrufa bħala VRF – Variable Refrigiration Flow, kif ukoll heat recovery units.  Huwa antiċipat li permezz ta’ din is-sistema se niffrankaw madwar 25 fil-mija oħra fuq il-konsum tad-dawl.   

Użajna wkoll sistema magħrufa bħala BMS – Building Management System, li tieħu ħsieb li tbaxxi u anke titfi d-dawl waħeda meta fil-kmamar ikun hemm biżżejjed dawl naturali jew inkella l-kmamar li ma jkunux qed jintużaw.  

Interessanti li meta tieħu dawn il-miżuri kollha f’daqqa qed nikkalkulaw li se jiġu ffrankati €64,000 fis-sena mill-konsum tal-elettriku, u waqt li nagħmlu dan inkunu qed inħarsu aktar l-ambjent.  

Iżda l-aktar miżura promimenti ċertament li hija is-sala li hija attrezzata b’faċilitajiet intiżi għall-persuni li jbatu mid-dementia. Din hija l-ewwel sala ta’ dan it-tip f’pajjiżna u li hija bbażata fuq pariri li ngħatawlna mill-Universita’ ta’ Stirling fl-Iskozja.   

Fost oħrajn f’dan il-ward se naraw:

·       Bibien li huma colour coded u li allura jagħmluha aktar faċli għal dak li jkun li jagħraf il-kamra tiegħu

·       Se jitwaħħlu wkoll ritratti tar-residenti mal-ħajt

·       U l-kmamar tal-banju huma wkoll immarkati kemm b’kulur kif ukoll b’tabelli li jindikaw x’inhuma l-affarijiet jew l-aċċessorji fil-kamra.  

Il-ħsieb ta’ dawn l-inizjattivi kollha jduru mal-persuna tal-anzjan u l-bżonnijiet differenti li l-anzjan ikollu. Aktar min hekk qed nimmiraw li nagħtu post kemm jista jkun komdu għar-residenti li se jgħixu fiħ.  Dan kollu hu messaġġ ta’ kemm il-qasam tal-anzjani qiegħed jingħata aktar importanza. L-isem ta’ dan il-blokk – Ġwanni Pawlu II – ifakkarna wkoll f’papa kbir, mexxej ammirat mad-dinja kollha.  Meta ssemmi lil dan il-Papa, l-ewwel stampa li tiġik f’moħħok hija dik ta’ raġel xwejjaħ, iżda li kellu r-rispett ta’ miljuni ta’ persuni.  Dan ir-raġel ir-rispett ħadem għaliħ….eżatt bħal m’għamlu l-anzjani tagħna.   

Aħna nemmnu li l-anzjan għandu d-dritt għar-rispett u d-dinjita’.  U proprju permezz ta’ dan il-proġett, u oħrajn li se ninawguraw aktar il-quddiem, dak li nemmnu qed ngħiduħ mhux biss bil-kliem, imma bil-fatti.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow