JINTEMM KORS TA’ TAĦRIG GĦALL-KUNSILLIERA LOKALI ELETTI FL-AĦĦAR ELEZZJONI
Illum ġie fi tmiemu kors ġenerali għall-kunsilliera lokali li ġew eletti fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Fi tmiem il-kors, li għalih attendew numru sabiħ ta’ kunsilliera eletti, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qassam ċertifikati lill-parteċipanti kollha.
F’diskors li għamel f’din l-okkażjoni Chris Said saħaq dwar l-importanza tat-taħrig u qal li żieda fir-riżorsi umani u finanzjarji ma tkun tfisser xejn jekk dawk li jridu jħaddmu l-istess riżorsi ma jkunux imħarrga biex jagħmlu dan b’mod effiċċjenti u għaqli.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali semma ż-żidiet finanzjarji li ħadu l-Kunsilli Lokali din is-sena u qal li jekk il-Kunsilli Lokali jieħdu vantaġġ mill-iskemi speċjali u l-opportunitajiet li qed joffrilhom il-Gvern, ikunu qed jagħmlu użu minn aktar minn 40 miljun Ewro.
Fost skemi speċjali li se jiġu konklużi f’Awissu Chris Said semma l-iskema tal-aċċessibilità, l-iskema tal-lokalitajiet sostenibbli, l-iskema ta’ lokalitajiet bi bżonnijiet speċjali, il-Green Challenge Award u l-Local Enterprise Award. Huwa semma wkoll li fil-ġranet li ġejjin se titnieda l-Kampanja Ndafa fost il-Kunsilli Lokali.
Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll dwar is-sistema ta’ nfurzar lokali u qal li diġa bdew laqgħat mal-istakeholders kollha tas-sistema sabiex din tiġi riveduta u tassew tilħaq l-għan tagħha.
Dwar it-taħrig Chis Said qal li dan kien kors ġenerali iżda fil-ġimgħat u xhur li ġejjin se jsiru korsijiet aktar speċjalizzati sabiex kemm il-kunsilliera u kif ukoll l-impjegati tal-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986