STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
Wara li s-sena li għaddiet is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ waqqaf kumitat dwar l-effetti tal-Heatwaves, ingħataw id-dettalji ta’ x’tip ta’ ħidma qiegħed iwettaq dan il-kumitat.
Minħabba li s-sħana qawwija tħalli effett negattiv fuq saħħet l-anzjani l-aktar vulnerabbli, it-twaqqif ta’ dan il-kumitat kienet waħda mill-ewwel deċiżjonijiet tas-Segretarjat. Il-Kumitat, li huwa magħmul minn rappreżentanti tad-djar tal-anzjani tal-Gvern għandu l-iskop li jara li d-djar tal-anzjani tal-Gvern ikunu infurmati biex jieħdu l-miżuri neċessarji waqt heatwave.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Hon Mario Galea qal li bil-kollaborazzjoni mal-uffiċċju meterjoloġiku, qegħdin f’pożizzjoni li noħorġu “heatwave alert” li jasal ġo kull dar tal-anzjani permezz tal-emails u telefonati.
La darba joħroġ dan l-avviż jidħlu fis-seħħ numru ta miżuri bħall:
- b’konsultazzjoni mar-residenti jiġi adattat il-menu għal waqt heatwave, (dieta bilanċjata li tinkludi frott u ħaxix).
- jinqraw, 3 darbiet kuljum it-termometri li twaħħlu f’kull kamra li fihom l-individwi l-aktar vulnerabbli jgħaddu l-maġġoranza tal-ħin. Dan jippermetti li l-airconditioners jiġu rregolati skont it-temperatura rakkomandata.
-jiġi rakkomandat lill-anzjani biex jevitaw ix-xemx bejn il-ħdax ta’ filgħodu u l-erba’ ta’ wara nofsinhar, u jilbsu ilbies ħafif.
- x-xorb frekwenti ta’ ilma frisk
- importanti wkoll l-ilbies ħafif u xugamani mxarrba
Ingħataw ukoll suġġerimenti biex id-djar tal-anzjaniikollhom provvista adegwata ta’ fannijiet, water sprays, ilma, silġ u oral rehydration salts, li t-twieqi fuq in-naħa ta’ nofs in-nhar ta’ Malta / Għawdex ikollhom purtieri ta’ drapp ħafif, u mhux blinds tal-ħadid u li t-twieqi kollha ikunu jistgħu jinfetħu sabiex l-arja tiċċirkola fil-post.
Il-Kumitat jirċievi wkoll rapporti kuljum dwar l-istat tal-airconditioners li hemm fil-homes kollha tal-Gvern u fl-isptarijiet Saint Vincent De Paul, Mount Carmel, Zammit Clapp u Karen Grech.
Fil-fatt, matul dawn l-aħħar xhur sar investiment ta’€55,000 fl-isptar Karen Grech fejn twaħħlu airconditioners fis-swali li fihom hemm il-pazjenti. F’dan l-isptar qed jingħataw il-kura anzjani li jirrikjedu attenzjoni medika fit-tul. Bħalissa hemm 5 swali li fihom hemm 155 pazjent.
Barra min hekk sar investiment ta’ € 608,154 biex jiġu nstallati numru kbir ta’ airconditioners fid-djar tal-anjzani differenti u sptarijiet.
Dan involva xogħol infrastrutturali biex jingħaddu l-pajpijiet u l-cables neċessarji.
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986