Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

pr1304
Date Icon 29/07/2009

Wara li s-sena li għaddiet is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ waqqaf kumitat dwar l-effetti tal-Heatwaves, ingħataw id-dettalji ta’ x’tip ta’ ħidma qiegħed iwettaq dan il-kumitat.

Minħabba li s-sħana qawwija tħalli effett negattiv fuq saħħet l-anzjani l-aktar vulnerabbli, it-twaqqif ta’ dan il-kumitat kienet waħda mill-ewwel deċiżjonijiet tas-Segretarjat.  Il-Kumitat, li huwa magħmul minn rappreżentanti tad-djar tal-anzjani tal-Gvern għandu l-iskop li jara li d-djar tal-anzjani tal-Gvern ikunu infurmati biex jieħdu l-miżuri neċessarji waqt heatwave.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Hon Mario Galea qal li bil-kollaborazzjoni mal-uffiċċju meterjoloġiku, qegħdin f’pożizzjoni li noħorġu “heatwave alert” li jasal ġo kull dar tal-anzjani permezz tal-emails u telefonati.

La darba joħroġ dan l-avviż jidħlu fis-seħħ numru ta miżuri bħall:

- b’konsultazzjoni mar-residenti jiġi adattat il-menu għal waqt heatwave, (dieta bilanċjata li tinkludi frott u ħaxix).

- jinqraw, 3 darbiet kuljum it-termometri li twaħħlu f’kull kamra li fihom l-individwi l-aktar vulnerabbli jgħaddu l-maġġoranza tal-ħin. Dan jippermetti li l-airconditioners jiġu rregolati skont it-temperatura rakkomandata.

-jiġi rakkomandat lill-anzjani biex jevitaw ix-xemx bejn il-ħdax ta’ filgħodu u l-erba’ ta’ wara nofsinhar, u jilbsu ilbies ħafif.

- x-xorb frekwenti ta’ ilma frisk

- importanti wkoll l-ilbies ħafif u xugamani mxarrba

Ingħataw ukoll suġġerimenti biex id-djar tal-anzjaniikollhom provvista adegwata ta’ fannijiet, water sprays, ilma, silġ u oral rehydration salts, li t-twieqi fuq in-naħa ta’ nofs in-nhar ta’ Malta / Għawdex ikollhom purtieri ta’ drapp ħafif, u mhux blinds tal-ħadid u li t-twieqi kollha ikunu jistgħu jinfetħu sabiex l-arja tiċċirkola fil-post. 

Il-Kumitat jirċievi wkoll rapporti kuljum dwar l-istat tal-airconditioners li hemm fil-homes kollha tal-Gvern u fl-isptarijiet Saint Vincent De Paul, Mount Carmel, Zammit Clapp u Karen Grech.

Fil-fatt, matul dawn l-aħħar xhur sar investiment ta’€55,000 fl-isptar Karen Grech fejn twaħħlu airconditioners fis-swali li fihom hemm il-pazjenti. F’dan l-isptar qed jingħataw il-kura anzjani li jirrikjedu attenzjoni medika fit-tul. Bħalissa hemm 5 swali li fihom hemm 155 pazjent.

Barra min hekk sar investiment ta’ € 608,154 biex jiġu nstallati numru kbir ta’ airconditioners fid-djar tal-anjzani differenti u sptarijiet. 

Dan involva xogħol infrastrutturali biex jingħaddu l-pajpijiet u l-cables neċessarji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow