KONDOLJANZI GĦALL-MEWT TA’ DENNIS VELLA
Il-mewt ta’ Dennis Vella tħalli vojt kbir fil-qasam tal-arti f’pajjiżna. Dennis kien bniedem li dejjem qeda dmiru b’dinjità u b’passjoni kbira lejn l-arti. Fid-diversi karigi pubbliċi li okkupa kemm bħala Kuratur tal-Mużew tal-Arti, bħala membru tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti kif ukoll bħala lecturer fl-Universita dejjem wera’ abbiltà u impenn.
Il-pariri tiegħu dwar l-arti kienu mfittxija minn bosta u l-pubblikazzjonijiet tiegħu huma xhieda tal-impenn li kien jinvesti f’dak kollu li jidħol għalih.
Għalkemm kien jaf li hu marid baqa’ jaqdi dmiru sal-aħħar b’impenn kbir. Kulmin ħadem miegħu iqisu bħala ġentlom li dejjem lest biex jgħin u jaqsam ma’ sħabu dak kollu li kien jaf. Kemm bħala Kuratur ta’ bosta wirjiet kif ukoll bħala kritiku tal-Arti, dejjem fittex li jkun bilanċjat u ġust, għalkemm qatt ma żamm lura milli jikkritika fejn ħass il-bżonn u jew wera apprezzament fejn kien mistħoqq.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport jixtieq juri solidarjetà mal-familja Vella għal din it-telfa kbira.
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986