Left arrow Mur Lura

ĦRUĠ TA’ €100,000,000 TA’ ‘STOCKS’ TAL-GVERN

pr1298
Date Icon 27/07/2009

L-‘Accountant General’ iħabbar il-ħruġ ta’ €100,000,000 ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €20,000,000 nhar l-Erbgħa 5 ta’ Awwissu 2009 kif ġej:-

(i) 3.6% Stock Tal-Gvern Ta' Malta 2013 (IV) Fungibility Issue, u

 (ii) 5% Stock Tal-Gvern Ta' Malta 2021 (I) Fungibility Issue, jew

 (iii) F’ammontimiż-żewġ Stocks imsemmija b’valur nominali flimkien  ta’ €100,000,000.

Il-prezz għal kull stock għandu jiġi stabbilit il-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju 2009.  Il-prezz jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta, ippubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Din il-ħarġa tagħlaq kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’ :

(i) f’nofsinhar is-Sibt 8 ta’ Awwissu, 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna,

(ii) nofsinhar it-Tlieta 11 ta’ Awwissu,  2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.

Aktar tagħrif dwar dawn l-‘istocks’ jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-‘website’ tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow