IMNIEDI L-PREMJU ANZJAN TAS–SENA 2009
pr1295
28/07/2009
| Is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura | fil-Komunità nieda l-premju Anzjan tas-Sena 2009. Il-Premju jħeġġeġ biex jitkattar l-apprezzament tax-xogħol li jsir fis-soċjetà minn persuni anzjani. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u | Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea qal li din is-sena dan il-premju qiegħed jiġi abbinat ma’ ktieb għax bħall-ktieb, l-anzjan għandu ħafna informazzjoni u jista’ jkun xhud għall-istorja ta’ pajjiżna. Dan il-Premju Anzjan huwa mod ta’ kif ngħidu grazzi. Grazzi ta’ kull mal-anzjani għamlu għall-familji tagħhom u għalina lkoll. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li f’pajjiżna | llum hawn aktar minn 90,000 persuna li għandhom il-fuq minn 60 sena. 90,000 ktieb li lesti jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ kull min hu interessat jagħmel investiment. Investiment, mhux ta’ flus iżda ta’ ftit ħin għall-aqwa ktieb li qatt jista’ jkollok. |
| Iċ-Chairman tal-Board tal-Anzjan tas-sena | 2009, Trevor Zahra, ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali u l-għaqdiet kollha biex jinnominaw anzjani mill-komunità tagħhom għal dan il-premju prestiġjuż. Is-Sur Zahra saħaq ukoll li l-anzjan huwa wkoll parti integrali u importanti fis-soċjetà. Hu rringrazzja lis-Segretarjat tal-inizjattiva li se twassal għal aktar apprezzament tal-anzjan fil-komunità. |
| Il-Board jikkonsisti minn Trevor Zahra bħala | Chairman, Isabelle Farrugia bħala Segretarja u Brother Martin Borg, Matilde Cordina, Mary Rose Bonello, Josef Camilleri, Joe Farrugia u Lilian Miceli Farrugia bħala membri. |
| Il-formoli għan-nominazzjonijiet jinġabru | mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità f’Santa Venera u għandhom jitwasslu lura fl-istess dipartiment sat-Tlieta, 9 ta’ Settembru 2009. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986