Left arrow Mur Lura

Donazzjoni ta’ Apparat lill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

pr1292
Date Icon 27/07/2009
L-għaqda filantropika Ħbieb tal-Morda u ta’l-Anzjani f’Għawdex ippreżentat lill-amministrazzjoni ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, apparat li ser jintuża f’diversi sezzjonijiet ta’ l-isptar. Dan l-apparat ġie ppreżentat mill-Professur John B Pace, President ta’ l-Għaqda, lis-Sur Joseph Scerri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex għan-nom tal-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono.
Il-Professur Pace spjega kif il-membri ta’ dinl-għaqda filantropika, li twaqqfet fl-1988, jaħdmu volontarjament biex jilħqu l-għanijiet tagħhom bħala appoġġ fil-qasam tas-saħħa u l-ġerjatrija fil-gżira ta’ Għawdex. Matul is-sena huma jorganizzaw attivitajiet għall-ġbir ta’ fondi li jgħinuhom jilħqu l-għan nobbli tagħhom u rriżultaw f’donazzjonijiet simili matul iż-żmien.

Filwaqt li rringrazzja lill-membri ta’ l-Għaqda Ħbieb tal-Morda u ta’ l-Anzjani f’Għawdex, is-Sur Scerri qal li dan is-sostenn fir-rigward ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ir-Residenza Sant’Anna u l-komunità Għawdxija jikkumplimentaw il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex, fl-impenn tiegħu biex isaħħaħ u jtejjeb il-faċilitajiet u s-servizzi fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex. Dan biex jiġi pprovdut servizz ta’ saħħa aħjar f’Għawdex stess.  Xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huma marbuta mal-proġett ta’ titjib tat-tieni Sala ta’ l-Operazzjonijiet u t-twaqqif ta’ taqsima għar-Radjoloġija, inkluż ix-xiri ta’ l-apparat meħtieġ għal dawn iż-żewġ taqsimiet. Dan il-proġett ġie approvat biex ikun parzjalment finanzjat taħt il-Programm ta’ Fondi Strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013.

Proġett ieħor li gawda minn finanzjament sostanzjali minn fondi Ewropej kien dak tat-twaqqif ta’ Hyperbaric Unit  fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Minbarra li qed isservi bħala miżura importanti ta’ sigurtà fil-qasam ta’ l-għadis li għalih Għawdex huwa attrazzjoni popolari, din it-taqsima qiegħda tintuża wkoll biex jingħata Hyperbaric Oxygen treatment lil numru ta’ pazjenti Għawdxin. Dan irriżulta fi tnaqqis ta’ inkonvenjent sostanzjali għal dawn il-pazjenti li qabel kien ikollhom jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer kważi kuljum għal numru ta’ ġimgħat. Dawk impjegati fid-diversi ċentri ta’ l-għadis u persuni interessati oħrajn ser ikollhom l-opportunità li jsiru jafu aktar dwar is-servizzi mogħtija minn din it-taqsima nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2009 bejn l-4.00p.m. u  s-7.00 ta’ filgħaxija

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow